Reference: 1711/2002/1

Judgement Details


Date
12/01/2005
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
BONANNO JOSEPH ET vs DIMECH RAYMOND
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
BEJGH, DEFINIZZJONI TA` DIFETT - BEJGH, DIFETT APPARENTI - META X-XERREJ MA JKUNX KWALIFIKAT BIEX JINDUNA BID-DIFETT - BEJGH, DIFETTI MOHBIJA - OGGETT SECOND HAND - BEJGH, SERJETA` TAD-DIFETT MOHBI - BEJGH, TALE QUALE
Summary
Sabiex ikun hemm lok ghall-garanzija ghall-difetti mohbija huwa mehtieg li tali difetti ikunu ta' certa serjeta` determinata mill-Ligi fuq zewg kriterji: (a) l-assoluta inettitudni tal-haga ghall-uzuintiz taghha, jigifieri fis-semplici diminuzzjoni ta' tali uzu; (b) kriterju suggettiv li jittiehedmill-intenzjoni prezunta tax-xerrej illi kieku kien jaf bid-difett ma kienx ser jixtri l-oggett jewkien joffri prezz anqas.

Id-difett irid ikun per forza ezistenti fil-mument tal-bejgh. L-iehor hu dak li jigi mhares l-interess tax-xerrej kontra xi ingann jew kontra l-vizzju li jirrendu l-oggett mhux tajjeb ghall-uzu tieghu ossija inadatt ghall-uzu li ghalih il-haga hi destinata;

Fil-kaz ta' bejgh ta' vettura 'sekonda man' u l-adattabilita` u l-bonta` taghha ghandha jkollha korrispondenza ma' dak ragonevolment mistenni minn oggett mixtri second hand u bil-prezz li jkun inxtara.Wiehed logikament jistenna li f' oggett hekk mixtri dan ikollu, anke jekk mhux necessarjament u dejjem, certi mankamenti, pjuttost facilment konstatabbli b'ezami superficcjali. Naturalment dan ma jfisserx illi oggett 'sekonda man' ma jistax ikollu wkoll difetti mohbija jew li jaghmel l-azzjoni dequa mhux applikabbli ghalih, jekk ma jkunx jirrizulta illi l-venditur zvesta ruhu mill-obbligu tal-garanzija tal-haga mibjugha, sostrat dan krejat mill-presunzjoni stabbilita` fl-Artikolu 1378, KodiciCivili;

Il-vizzju huwa redibitorju meta, fil-waqt tal-kontrattazzjoni jew tar-ricezzjoni tal-haga akkwistata, il-haga ma tipprezentax tracci li jirrilevaw l-ezistenza ta' difetti li xerrej medjokrement attent u diligenti ma jkunx jista' jaghrafhom u jivvalutahom wahdu. Id-difett jista' jkunmohbi wkoll jekk ma jkunx jista' jimmanifesta ruhu hlief bl-uzu tal-haga;

Invece jekk id-difett ikun jidher jew ix-xerrej seta' jsir jaf bih wahdu l-venditur mhux tenut iwiegeb ghalih (Artikolu 1425, Kodici Civili).

In-natura apparenti jew okkulta tal-vizzju ghandha tigi konsidrata inrapport tal-kapacita` u konjizzjoni komuni tal-bniedem, u mhux bizzejjed biex vizzju jigi ritenut apparenti c-cirkostanza li s-sussistenza tal-vizzju tista' tigi rilevata minn bniedem ta' l-arti jewperit;

In tema legali, l-Artikolu 1425, Kodici Civili, ma jippostulax fil-fehma tal-Qorti illi x-xerrej irid ikollu xi kompetenza teknika partikolari, u lanqas li hu ghandu jirrikorri, f' kullkaz ta' kompravendita, ghall-accertament minn esperti. Il-frazi "li seta' jsir jaf bihom wahdu" ghandha titqies cirkoskritta ghal dik id-diligenza okkorrenti biex jigi rilevat lilu difett ta' percezzjoni facli. Il-fattispeci ta' dan il-kaz, kif rizultanti mill-perizja, jiddemostraw illi d-difett ma kien xejn apparenti jew facilment riskontrabbli anke bi sforz ta' diligenza normali;

Il-frazi "tale quale" ma teskludix lill-venditur mill-obbligu tal-garanzija u din il-frazi m'ghandhiex tircievi l-interpretazzjoni pretiza mill-appellanti illi b' hekk kien qed jinftiehem b' mod espress ghall-eskluzjoni ta' l-istess garanzija, kif hekk jippreskrivi l-Artikolu 1426, Kodici Civili;




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info