Reference: 69/2001/1

Judgement Details


Date
12/01/2005
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
MALLIA EMANUELA SIVE LILY vs ATTARD GEORGE ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
LOKAZZJONI, GUSTIFIKAZZJONI GHAL MOROZITA` FIL-HLAS TAL-KERA - LOKAZZJONI, META L-INKWILIN JISTA` JZOMM IL-KERA
Summary
Hi ligi illi l-obbligi principali tal-kerrej huma dawk li jinqeda bil-haga lilu lokata bhala bonus paterfamilias u li jhallas il-kera miftiehem (Artikolu 1554, Kodici Civili). Jekk il-kerrej jonqos li jirrispetta dawn l-istess obbligi dan jintitola lis-sid jew li jitlob il-hall tal-kuntratt skond l-Artikolu 1555, Kodici Civili jew li jitlob li l-kirja ma tigix mgedda lill-kerrej skond l-Artikolu9 (a) (i) tal-Kapitolu 69;

B' danakollu, kif bosta drabi ammonit mill-Qrati taghna, "f' materja ta' morozita ta' l-inkwilin fil-hlas tal-kera l-gudikant ma ghandux jiehu atteggjament assolut, fis-sens li meta jivverfika ruhu l-fatt li l-inkwilin ma hallasx puntwalment il-kera ta' zewg skadenzi, ghandu bil-fors jilqa' t-talba tal-lokatur biex ma jgeddidx il-kirja. Il-ligi mhix intiza biex taghti pretest lil-lokatur biex jirrexindi l-kuntratt tal-kirja, imma biss biex tissalvagwardjah fil-hlas tal-kera. U ghalhekk meta hemm cirkostanzi li jiggustifikaw l-atteggjament ta' l-inwkilin fin-nuqqas tieghu li josserva l-obbligi tieghu skond il-ligi, huwa ma jiddekadix mid-dritt tieghu biex tigi lilu mgedda l-lokazzjoni".

Jitnissel minn dan it-taghlim illi l-Qorti ghandha tezamina jekk ic-cirkostanzi tal-kaz in ispecje jwasslux ghad-determinazzjoni illi l-inadempjenza fil-hlas da parti ta' l-appellanti kienetx sempliciment kapriccjuza jew, invece, kienx hemm raguni gustifikattivafl-atteggjament tal-kerrej biex ma jhallasx il-kera meta dan kien hekk dovut;

Kerrej jista'jzomm il-kera biex ipatti ghall-ispiza erogata minnu fit-tiswijiet esegwiti fil-fond mikri. Kif saput, biex dritt bhal dan jista' jigi vantat il-ligi takkorda lill-kerrej il-proceduri kontemplati fl-Artikolu 1541 jew fl-Artikolu 1543 tal-Kodici Civili;

Fil-kaz ta' l-ewwel precitat Artikolu 1541 l-konduttur ikun jista' jaghmilhom huwa stess, purche` (1) jinterpella b' att gudizzjarju lil-lokatur biex jaghmilhom, u dan ma jaghmilhomx, (2) jitlob b' att ta' citazzjoni li jkun awtorizzat jaghmel dawk ir-riparazzjonijiet a spejjez tal-lokatur taht il-kondizzjonijiet li l-Qorti jkun jidhrilha konvenjenti timponi skond ic-cirkostanzi. U in konsegwenza ta' din l-procedura l-konduttur ikolludritt izomm mill-kera li jkun skada jew li jkun ghad irid jiskadi, sabiex jirrimborsa ruhu minn dawk l-ispejjez, salv id-drittijiet tieghu ghal somma akbar jekk l-ispejjez ikunu akbar mill-kera . Mill-banda l-ohra l-Artikolu 1543 jimponi u jrid li l-konduttur ikun jista' jaghmel dawk ir-riparazzjonijiet, anki minghajr procedura gudizzjarja a spejjez tal-lokatur, purke jkunu riparazzjonijiet li n-nuqqas taghhom, jew dewmien fl-attwazzjoni taghhom, ikun jarrekalu dannu gravi; f' liema kaz jista'l-konduttur anki jzomm il-kera sabiex jaghmel tajjeb ghall-ispiza; izda pero` l-ligi timponi f' danil-kaz lill-konduttur li (1) mill-aktar fis javza lil-lokatur u (2) li jikkomunikalu rapport ta' perit fuq l-urgenza ta' dawk ir-riparazzjonijiet u fuq id-dannu li mid-dewmien seta' jirrizulta ghalih,bid-dritt kontestwali tal-lokatur, fl-ipotesi sottomessa, li jassumi l-kontinwazzjoni tar-riparazzjonijiet li jkunu gew mibdija;

L-inkwilin ma jistax marte proprio jiddeciedi bl-aktar mod intransigenti illi ma jhallix lis-sid jezegwixxi l-obbligi tieghu biex minn fuq jippretendi b' jedd li jzomm il-kera skond l-ammont tan-nefqa nkorsa ghal xoghlijiet oltre dak li kien relatat bhala necessarju.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info