Referenza: 348/1991/2

Dettalji tas-Sentenza


Data
10/01/2005
Qorti
CONSTITUTIONAL
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT, CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Partijiet
GALEA TESTAFERRATA MARIO ET vs ONOR PRIM MINISTRU ET
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
INTERVENT IN STATU ET TERMINIS, INTERESS MEHTIEG
Fil-Qosor
Fil-ligi taghna l-istitut ta' l-intervent fil-kawza hu regolat bl-Artikolu 960 tal-Kodici ta' Organizzazzjoni u Procedura Civili. L-interess mehtieg sabiex wiehed jintervjeni skond l-imsemmija disposizzjoni irid ikun interess guridiku, u cioe` interess sostanzjali u dirett fil-kawza u mhux semplicement interess fl-ezitu ta' dik il-kawza bil-hsieb li dak l-ezitu jista' talvolta jkollu implikazzjonijiet, pozittivi jew negattivi, f'kawza jew kawzi ohra futuri.

Fi kliem iehor, l-intervenut fil-kawza jitlob li jintervjeni, u ghandu jigi ammess li hekk jintervjeni, biex jipprotegi l-interessitieghu f'dik il-kawza partikolari u mhux f'kawza jew kawzi ohra li talvolta jistghu jigu intavolati.

Tali interess evidentement ma jistax jiggustifika intervent fis-sens tal-Artikolu 960 tal-Kap. 12, ghax altrimenti f'kull kawza li fiha jkollu jigi determinat xi punt legali ta' applikazzjoni piu` o meno generali jkun ifisser li kull min ghandu jew jista' talvolta jkollu kawza li tinvolvib'xi mod dak il-punt ikun jista' jintervjeni in statu et termini - din il-Qorti ma tahsibx li ghandha ghalfejn telabora fuq il-konfuzjoni li tinholoq fil-kawza li kieku dan kellu jkun hekk.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni