Referenza: 1918/1996/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
15/12/2004
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT, CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Partijiet
MIFSUD EMANUEL ET vs CAMILLERI VICTOR
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
BUON VICINAT, HSEJJES - BUON VICINAT, PARAMETRI TA` - DRITT TA` PROPRJETA`, LIMITI TA`
Fil-Qosor
Jista' liberament jinghad li l-gurisprudenza taghna hija, f'din il-materja, f'dan is-sens: jigifierili d-dritt tal-proprjetarju li juza u jiddisponi mill-haga proprja ghandu jigi kontemperat ma' daktal-proprjetarji vicini; u kwindi, jekk il-molestja prodotta bl-ezercizzju ta' stabbiliment industrijali mhix gravi, jigifieri ma teccedix dak il-limiti ta' tolleranza li jikkostitwixxi l-vera mizurata' l-obligi tal-bon vicinat, ghandha tigi sofferta mill-vicin; imma jekk l-inkomodu jkun gravi, eccessiv u insopportabbli, jew ahjar mhux facilment tollerabbli, allura l-vicin jista' jezigi li jispicca, anki jekk ikun gej minn stabbiliment licenzjat; ghaliex il-licenza ma tippregudikax id-dritt tat-terzi. U biex wiehed jiggudika jekk il-molestji prodotti minn stabbiliment industrijali humiex jewle gravi, jigifieri mhux facilment tollerabbli, ghandu jzomm kont tac-cirkostanzi partikulari; billi f'kull kaz ghandu jiehu in konsiderazzjoni n-natura, il-pozizzjoni u d-destinazzjoni tal-postijiet, jekk, per ezempju, ikunux il-belt jew fil-kampanja, jekk fic-centru jew fil-konfini tal-belt, u jekk uzwalment f'dawk il-postijiet jigux ezercitati industriji simili ghal dawk li minhabba fihom isiril-lament, u, sa certu punt, il-pre-okkupazzjoni, jigifieri l-anterjorita` tal-pussess, u wkoll l-ispecjalita` ta' l'industriji, billi huma tollerabbli l-inkonvenjenti kagunati mill-ezercizzju ta' l-industrija, anki jekk jaghmlu hsejjes inerenti ghal xi stabbiliment li fih tkun necessarja jew utili, purke` dawk l-inkonvenjenti ma jkunux gravi.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni