Referenza: 55/2003/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
01/12/2004
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
CAUCHI THOMAS ET vs CARUANA LAWRENCE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
MANDAT EZEKUTTIV, POTERI TAL-MARIXXAL EZEKUTANT FI ZGUMBRAMENT
Fil-Qosor
Skond l-Artikolu 384 tal-Kapitolu 12, "fl-esekuzzjoni ta' mandat ta' zgumbrament jew ta' tkeccija ta' kerrej jew ta' detenturi ohra ta' beni immobbli, il-marixxal ghandu jordna lill-kerrej jew lid-detentur li jhalli l-fond fi zmien mhux anqas minn erbat ijiem u mhux izjed minn tmint ijiem; meta jaghlaq dan iz-zmien il-marixxal ghandu johrog mill-fond lill-kerrej jew lid-detentur u jhalli l-istessfond battal minn kull haga li tkun ta' dak il-kerrej jew detentur";

Minn dan jitnissel bl-aktar mod car illi l-marixxal ezekutant hu moghti s-setgha li fl-adempiment ta' l-ezekuzzjoni lilu affidata jassikura, bla tfixkil, it-tnehhija mill-fond tal-kerrej jew detentur tieghu. Dan in ottemperanza ta' l-ordni lilu moghtija mit-tribunal;

Huwa veru li l-mandati kollha fihom element ta' pressjoni forzata izda daqstant iehor huwa veru li l-mandati huma ntizi biex persuna taghmel dak li volontarjament messha ghamlet u baqghet ma ghamilitx, jew ghax ma riedetx jew ghax tkun naqset li taghmel, nonostante l-ordni tat-tribunal moghtija b' sentenza li ghaddiet in gudikat. Fic-cirkostanzis-semplici tattici u spedjenti biex jiddilungaw l-ezekuzzjoni ta' sentenza mhux biss ma jitqiesux bhala raguni valida izda addirittura huma reprivevoli ghad-dehen tal-Qorti. Dan anke ghaliex tatticibhal dawn ma jistghux hlief jiffiguraw bhala merament frivoli u vessatorji. Sitwazzjoni din, li fejn tokkorri, ghandha ggib b' konsegwenza s-sanzjoni tad-doppio spese.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni