Reference: 529/1999/1

Judgement Details


Date
30/11/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
VASSALLO ANTOINE vs AZZOPARDI CARMEL
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Keywords / Summary


Keywords
ACTIO CAMBIARIA, PROTEST TAL-KAMBJALA - KAMBJALA, PROTEST TA`
Summary
Il-kwestjoni dwar jekk azzjoni kambjarja tistax tinbeda sewwa qabel ma jkun sar il-protest kambjarjudwar in-nuqqas ta' accettazzjoni jew dwar in-nuqqas ta' hlas ta' kambjala m'hijiex wahda ta' dawn l-ahhar zminijiet. Ghadd ta' decizjonijiet tal-Qrati taghna fissru li l-protest kambjarju m'huwiex mehtieg bhala process sine qua non meta l-kambjala tibqa' fl-"ambitu" tal-partijiet li originawha.

Fil-kaz prezenti, ghalkemm l-attur kien iggira l-kambjali favur bank kummercjali sabiex dan jinghata facilita' bankarja kontra l-valur (jew parti) tal-istess kambjali, jirrizulta li dik il-girakienet kondizzjonata bid-dritt tar-regress. Kemm hu hekk, meta l-kambjali ma thallsux, il-bank iddebita l-kont tal-attur u baghat il-kambjali lura lill-istess attur. Fi kliem iehor ghall-finijiet limitati tal-eccezzjoni taht ezami, jista' jitqies bhallikieku l-kambjali baqghu dejjem fil-pussess tal-attur u ghalhekk ir-"rabta" bejn l-attur u l-imharrkin (l-accettanti) baqghet wahda diretta;

Gie stabilit li d-dispozizzjonijiet tal-ligi li jitolbu li jsir il-protest kambjarju meta skadenza ma tithallasx ma tghoddx ghat-traenti, u n-nuqqas ta' protest ma jxejjinx id-dritt tal-istess traent kontra l-accettant tal-kambjala. Din il-fehma jidher li ghadha ssib appogg mill-Qrati sal-lum il-gurnata f'decizjonijiet li nghataw fl-ahhar zminijiet, fejn instab li n-nuqqas ta' tressiq ta' protest kambjarju ma kienx ta' xkiel biex titressaq u titmexxa 'l quddiem azzjoni gudizzjarja immirata sewwasew ghall-kundanna tal-hlas tal-kambjali. Dan jinghad ukoll minkejja dak li jipprovdu l-artikoli 191 u 192 tal-Kodici Kummercjali;




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info