Reference: 36/2003/1

Judgement Details


Date
29/11/2004
Court
CONSTITUTIONAL
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Parties
CARUANA RAYMOND vs L-AVUKAT GENERALI
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, SMIEGH XIERAQ - PROCEDURAL UNFAIRNESS - PROCEDURI KRIMINALI, RIAPPUNTAMENT TA` APPELL LI JKUN GIE DIKJARAT DEZERT
Summary
Il-fatti li taw lok ghal dan il-kaz kienu s-segwenti: ir-rikorrent Raymond Caruana u l-Avukat Generali appellaw quddiem il-Qorti ta' l-Appell Kriminali minn sentenza tal-Qorti tal-Magistrati (Malta)bhala Qorti ta' Gudikatura Kriminali.

Fid-data tal-ewwel smiegh taz-zewg appelli, l-appellantCaruana talab differiment li gie fil-fatt koncess. Caruana, fil-gurnata li ghalih l-appelli kien gew differiti naqas milli jidher quddiem il-Qorti. Il-Qorti ta' l-Appell Kriminali ghaddiet biex iddikjarat, permezz ta' digriet, l-appell tieghu bhala dezert (fit-termini tal-Artikolu 422 (1) tal-Kodici Kriminali) u fl-istess hin ghaddiet biex tippronunzja s-sentenza fuq l-appell interpost mill-Avukat Generali.

Caruana minnufih - dik il-gurnata stess - ipprezenta rikors guramentat fit-termini tat-tieni parti ta' l-Artikolu 422(1) imsemmi li bih talab ir-riappuntament ta' l-appell tieghu.Il-Appell Kriminali, wara li osservat li l-assenza ta' l-istess Caruana meta ssejjah l-appell kienet frott ta' nuqqas tieghu ziedet li bid-decizjoni fis-sentenza tal-Appell tal-Avukat Generali il-Qorti gja ddisponiet mill-kawza b'mod definittiv. Ghalhekk dik il-Qorti cahdet it-talba ghar-riappuntament ta' l-appell ta' Caruana.

Il-Qorti Kostituzzjonali hawnhekk qieset li b'decizjoni tal-Qorti ta' l-Appell Kriminali inholqot procedural unfairness in vjolazzjoni tad-dritt ghal smiegh xieraq bil-fatt li l-Qorti ta' l-Appell Kriminali, meta kellha zewg appelli konnessi quddiemha wara li flok ma halliet jiddekorru l-erbat ijiem imsemmija fl-Artikolu 422(1) sabiex Caruana jkun jista' jipprezenta rikors ghar-riappuntament ta' l-Appell, ghaddiet minnufih biex taghti s-sentenza a bazi tas-subartikolu (2) fuq l-appell interpost mill-Avukat Generali. B'dan il-mod il-Qorti ta' l-Appell Kriminali ippregudikat il-jedd ta' Caruana ghal smiegh xieraq.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info