Reference: 412/1996/1

Judgement Details


Date
30/05/2001
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MAGRI ALBERT J.
Parties
STAGNO NAVARRA JAMES ET vs CARSON DIANA
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Keywords / Summary


Summary
Weghda ta' bejgh bi prezz determinat ma titqiesx bejgh; izda, jekk tigi accettata, iggib, f'dak li wieghed, l-obbligu li jaghmel il-bejgh, jew, jekk il-bejgh ma jkunx jista' izjed isir, l-obbligu li jhallas id-danni lill-accettant.

Il-fatt li l-bejgh ma jistax izjed isir ma jfissirx responsabbilita' awtomatika ghad-danni. Il-Kodici Civili jghid x'ghandu jsir sabiex il-parti interessata izzomm ferm l-effetti tal-weghda - fosthom l-obbligu ghall-hlas tad-danni. Il-parti interessata trid fl-ewwel lok, entro it-terminu tal-konvenju, tinterpella lill-parti inadempjenti biex tersaq ghall-pubblikazzjoni tal-kuntratt u fin-nuqqas, taghmel talba gudizzjarja sabiex titwettaq dik il-weghda.

Il-Qorti ikkonkludiet li ghalhekk kien jinkombi fuq il-parti interessata li tiehu dawk il-passikollha mehtiega sabiex izzomm fermi l-effetti tal-weghda u f'kaz li jirrizulta, minn dawk il-proceduri, li l-weghda ma tkunx tista' tigi attwata b'xi nuqqas tal-kontro-parti, l-obbligu tal-hlas tad-danni jiehu effett. Dawn il-proceduri huma mehtiega sabiex jigi stabbilit jekk l-inadempjenza tal-kontro-parti kienx legittimu jew le. U fil-kaz ta' nuqqas mhux gustifikat li l-istess kontro-parti tigikundannata thallas xi danni.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info