Referenza: 474/1999/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
17/11/2004
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
MICALLEF ANTHONY ET vs CACHIA OLIVER
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
CITAZZJONI, KORREZZJONI TA` - ZIEDA TA` L-AMMONT MITLUB
Fil-Qosor
Din kienet kawza dwar jekk kienx proceduralment konsentit li tigi akkordata t-talba ta' l-attur ghaltibdil fl-ammont tad-danni mitluba fl-avviz. Talba din li saret fit- termini ta' l-Artikolu 175 (1) tal-Kodici ta' Procedura u wara l-emenda bl-Att VI ta' l-2001 ghal dak il-Kodici li permezz taghha giet estiza l-kompetenza tal-Qorti tal-Magistrati (Malta) biex tkopri pretensjonijiet sa l-ammont ta' hamest elef lira [Artikolu 47 (1)];

Skond principji mhux kontrastati ligijiet godda ta' procedura jidhlu ghall-applikazzjoni immedjatament meta ma jkunx hemm disposizzjoni kuntrarja.

Huwa assodat illi l-legislazzjoni u l-gurisprudenza ilhom progressivament jirrifuggu mill-formalizmu eccessiv, fonti ta' litigi zejda u prokrastinazzjonijiet inutili basta ovvjament ma tirrizultaxl-effettiva vjolazzjoni tal-ligi.

B' dan il-hsieb ukoll li spiss drabi, fejn jokkorri, u basta li ma jsirx tibdil sostanzjali fit-talba, il-Qrati rrikorrew ghall-applikazzjoni tat-teorija tal-"jus superveniens" bhala dik li "firmat actionem vel exceptionem". Dan partikolarment biex tigi evitata r-riproposizzjoni tad-domanda, jigi sedat il-kuntrast u b' hekk jigi ezawrit ir-rapport processwali.

Importanti li jigi notat ukoll illi skond l-Artikolu 171 (1) tal-Kapitolu 12 il-qorti ta' gurisdizzjoni civili ta' sede inferjuri mhix marbuta bil-kawzali ta' l-avviz.

L-Artikolu 175 (1) tal-Kapitolu 12, kif emendat jipprovvdi dan:-

"Il-qorti tista', f' kull waqt tal-kawza, qabel is-sentenza, wara talba ta' wahda mill-partijiet, wara li tisma' meta mehtieg lill-partijiet, tordna s-sostituzzjoni ta' xi att jew tippermetti tibdil fl-iskritturi, sew billi fihom jizdied jew jitnehha l-isem ta' wahda mill-partijiet u jitqieghed iehor floku, jew billi jissewwa zball fl-isem tal-partijiet jew fil-kwalita` li fiha jidhru, jew billi jissewwa kull zball iehor jew billi jiddahlu hwejjeg ohra ta' fatt jew ta' dritt ukoll permezz ta' nota separata, sakemm sostituzzjoni jew tibdil bhal dan ma jbiddelx fis-sustanza l-azzjoni jew l-eccezzjoni fuq il-meritu tal-kaz."

Hupermess tibdil fl-iskritturi. F' dan il-kaz l-atturi talbu s-sostituzzjoni ta' l-ammont originarjament indikat minnhom bhala danni. Imkien ma ntalbet modifika jew sostituzzjoni minhabba konsiderazzjoni gdida ta' dritt. Ifisser ghalhekk li l-korrezzjoni mitluba ghandha tigi valutata fil-qafas ta'l-istess konsiderazzjoni ta' dritt kif premessa fit-talba originali. Talba konducenti ghall-hlas tad-danni minhabba xoghlijiet f' bini vicin appartenenti lill-konvenut baqghet immutata;

Hu veru li l-ligi tponi limitazzjoni fuq id-diskrezzjoni tal-Qorti li takkorda l-korrezzjoni fejn din tkuntolqot fis-sustanza l-azzjoni jew l-eccezzjoni fuq il-meritu tal-kaz, F' dan il-kaz, pero` kif gjaosservat, it-talba primarja ta' l-atturi kienet u baqghet l-istess. Kwantu ghall-eccezzjoni din ukoll tissokta tregi billi d-difiza dwar l-eccessivita` ta' l-ammont reklamat ma giet bl-ebda mod modifikata bil-fatt tat-talba korrettorja taz-zieda fil-kwantum tad-danni;




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni