Reference: 1164/1995/1

Judgement Details


Date
16/11/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, DEPASQUALE ANTON, MAGRI ALBERT J.
Parties
TANTI DENIS vs PRIM MINISTRU ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
IMPJIEG, STHARRIG TA` L-GHOTI TA` TRANSFER FIS-SERVIZZ PUBBLIKU - STHARRIG TA` EGHMIL AMMINISTRATTIV, ATTI MAGHMULA BIL-GHAN TA` ORGANIZZAZZJONI JEW AMMINISTRAZZJONI INTERNA TA` AWTORITA` PUBBLIKA
Summary
Normalment impjegat jigi trasferit minn post ghall-iehor ta' xoghol meta l-interessi tas-servizz ikunu jehtiegu hekk, u ghalhekk meta din il-mizura tittiehed ghal ragunijiet xierqa ma jistax jinghad li hija forma ta' kastig.

Jekk din il-mizura tigi uzata b'mod arbitrarju u/jew ghal skopijietulterjuri, hija tista' sservi wkoll bhala forma ta' "kastig" jew ritorsjoni fuq kwalunkwe impjegat,inkluz ufficjal pubbliku, sabiex tippunixxi u/jew tumilja lill-ufficjal pubbliku u/jew tikkrealu tbatija bla bzonn.

Meta mizura apparentement ta' ordinarja amministrazzjoni fil-konfront ta' ufficjal pubbliku tkun ittiehdet fir-realta` bhala forma ta' "kastig" u ghalhekk ta' "dixxiplina" (ankorke` illegali), ikun qed jigi raggirat dak kollu li jipprovdi l-Artikolu 110(1) tal-Kostituzzjoni ta' Malta, b'mod li dik il-mizura tkun illegali u abuziva.

Qorti ordinarja ma ghandhiex gurisdizzjoni tissindaka mizura li ssir bl-ghan ta' organizzazzjoni jew amministrazzjoni interna ta' awtorita` pubblika. Pero` dan necessarjament ifisser li l-Qorti ordinarja hija vestita bil-gurisdizzjoni biex tindaga, f'ezercizzju interpretattiv ta' l-istess sub-inciz taht ezami, jekk fil-fatt att partikolari jikkostitwix jew le mizura ta' organizzazzjoni jew amministrazzjoni interna, sabiex tiddetermina proprju jekk, bhala Qorti ordinarja, ghandhiex hi gurisdizzjoni jew le li tissindaka l-att amministrattiv in kwistjoni. Certament ma kienx il-hsieb tal-legislatur li jeskludi l-gurisdizzjoni tal-Qrati milli jissindakaw atti amministrattivi anki fl-eventwalita` li awtorita` pubblika arbitrarjament taghzel li ssejjah l-att partikolari mizura ta' "organizzazzjoni jew amministrazzjoni interna" proprju sabiex tevita l-iskrutinju tal-Qrati. Konsegwentement il-Qrati ordinarji ghandhom gurisdizzjoni jindagaw jekk trasferiment bhal dak li nghata l-appellat kienx verament mizura ta' organizzazzjonijew amministrazzjoni interna, u jekk jirrizulta li fil-fatt kien jikkostitwixxi tali mizura, jieqfuhemm, stante li huma prekluzi li jissindakaw il-mertu tieghu. Jekk, pero`, min-naha l-ohra jirrizulta li fil-fatt it-transfer ma kienx jikkostitwixxi tali mizura, imma kien biss kopertura, jezercitawil-funzjonijiet taghhom ai termini ta' l-Artikolu 469A tal-Kapitolu 12.

Il-Qrati ghandhom gurisdizzjoni jissindakaw jekk l-azzjoni li tkun ittiehdet tkunx verament konsegwenza ta' l-esigenzi tas-servizz, sabiex jigi accertat li l-Kap ta' Dipartiment ma jkunx qed juza l-poteri lilu moghtija sabiex jilhaq skopijiet oltre dawk li ghalihom f'idejh gie fdat dak il-poter, fi kliem iehor sabiex jigi accertat li l-Kap ta' Dipartiment ma juzax il-poteri tieghu sabiex jikkommetti xi illegalita`.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info