Reference: 5/1999

Judgement Details


Date
15/11/2004
Court
OF CRIMINAL APPEAL (SUPERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, FILLETTI JOSEPH A., SCICLUNA DAVID
Parties
IR-REPUBBLIKA TA' MALTA vs IBRAHIM RAMANDAN GHAMBER SHNISHAH
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
RIKUZA TA` IMHALLEF, INVOLVIMENT MARGINALI
Summary
Il-ligi ma tridx li, semplicement ghax parti jew ohra fil-kawza "thoss" jew "jidhrilha" li l-gudikant jista' jkun "parzjali", allura dak il-gudikant ghandu ma jihux konjizzjoni ta' dik il-kawza. Apparti l-obbligu li l-ligi timponi fuq il-gudikant li joqghod f'kull kawza li tigi lilu assenjata skondil-ligi u li jastjeni jew jilqa' eccezzjoni ta' rikuza fil-kazijiet biss fejn ikun legalment gustifikat li huwa ma jkomplix jiehu konjizzjoni ta' dik il-kawza, mhux kull "hsieb" ta' parzjalita` li jista' talvolta jghaddi minn mohh parti jew ohra, jista' jinghad li huwa "oggettivament gustifikat". It-test oggettiv ta' l-imparzjalita`, anke kif mifhum mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem jirrikjedi li jkun hemm bazi oggettivament riskontrabbli.

Hawnhekk gie deciz li l-fatt li l-imhallef li kien qed jippresjedi l-guri fil-karriera tieghu bhala avukat kellu involviment marginali uinsinjifikanti fil-kwistoni (rikors di favore ghal persuni li ma kienx jafhom sabiex jigu riprezi xioggetti appartenenti lill-vittma ta' omicidju) ma kienx sufficjenti sabiex tintlaqa' eccezzjoni ta`rikuza.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info