Referenza: 26/2003

Dettalji tas-Sentenza


Data
11/11/2004
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (SUPERIOR)
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT, FILLETTI JOSEPH A., SCICLUNA DAVID
Partijiet
IR-REPUBBLIKA TA' MALTA vs AHMED ESAWI MOHAMED FAKRI
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ARTIKOLU 22 TAL KAP 101 - ARTIKOLU 492 TAL KAP 9
Fil-Qosor
' Meta f'xi stadju qabel jigi fformat il-guri l-akkuzat jammetti l-htija tieghu, u ghall-fatt li jigi ammess mill-akkuzat ikun hemm stabbilita l-piena ta' prigunerija ghall-ghomor, il-qorti tista', minflok il-piena msemmija, taghti l-piena ta' prigunerija ghal zmien minn tmintax-il sena sa tletin sena.'

Jigifieri filwaqt li s-subartikolu (1) tal-artikolu 492 tal-Kap. 9 jikkontempla biss il-kaz fejn tigi registrata ammissjoni qabel ma jigi fformat il-guri, id-disposizzjoni appena citata tal-Kap. 101 tikkontempla cirkostanzi ohra li ma jinkludux il-fatt tal-ammissjoni tal-akkuzat.

Kif din il-Qorti dejjem irriteniet, meta jkun hemm ammissjoni huwa xi ftit jew wisq odjuz appell minn piena sakemm din tirrientra fil-limiti li tipprefiggi l-ligi.

Dan huwa hekk peress illi min jammetti jkun qieghed jassumi r-responsabbilta` tad-decizjoni li jkun ha u jirrimetti ruhu ghal kull decizjoni dwar piena li l-Qorti tkun tista' tasal ghaliha. Naturalment dan ma jfissirx li dawn il-Qrati tal-Appell ma jidhlux f'ezami akkurat tac-cirkostanzi kollha biex jaraw jekk il-piena nflittakinitx eccessiva jew le. Mhuwiex normali, pero`, li tigi disturbata d-diskrezzjoni tal-ewwel Qortijekk il-piena nflitta tkun tidhol fil-parametri tal-ligi u ma jkun hemm xejn x'jindika li kellha tkun inqas minn dik li tkun inghatat.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni