Reference: 464/2000/1

Judgement Details


Date
04/11/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
KRUGER GERHARD vs BONDIN PAUL
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DANNI, MULTIPLIER - PERSUNA LI GHALQET IS-SITTIN SENA - KOLLIZJONI, DOVERI TA` MIN ISUQ - PEDESTRIANS - KOLLIZJONI, DOVERI TA` PEDESTRIAN - KOLLIZJONI, INCIDENT BEJN VETTURA U PEDESTRIAN - KOLLIZJONI, META PEDESTRIAN JAQSAM MINN PUNT PERIKOLUZ - KOLLIZJONI, PEDESTRIAN CROSSING
Summary
Normalment, meta persuna taghzel li taqsam it-triq, tiehu fuqha r-responsabbilta' tal-ghamil taghha.Fil-kaz fejn persuna qeghda taqsam it-triq, ma ghandha tezisti l-ebda prezunzjoni li l-htija hijadejjem tas-sewwieq li jtajjarha jew li min qed jaqsam dejjem ghandu ragun. Dan jinghad l'ghaliex id-determinazzjoni tar-responsabbilta' ghal incident fejn persuna tintlaqat hija u taqsam it-triq tiddependi wkoll mill-mod kif dik il-persuna ggib ruhha. Din ir-responsabbilta' fuq il-passant, madankollu, ma tehlisx lis-sewwieqa mill-obbligu doppju li jkunu jafu x'qieghed jigri fl-inhawi li minnu jkunu qeghdin isuqu u li jzommu kontroll tajjeb tal-karozza li tkun taht il-kontroll taghhom. Kemm huhekk, il-persuna li tkun qeghda taqsam it-triq ghandha l-jedd li tippretendi li s-sewwieqa jkunu ghaqlin u diligenti bizzejjed biex ma jtajruhx hu u jaqsam, u sewwieq li jkun naqas minn xi wiehed miz-zewg dmirijiet ewlenin fuq imsemmija u li jkun b'hekk qieghed lilu nnifsu f'qaghda li ma setax jevita li jtajjar lill-persuna li qeghda taqsam, ghandu jgarrab il-htija ta' dak in-nuqqas;

Huwallum stabbilit li s-sewwieq f'kaz ta' incident fejn tittajjar persuna huwa mehlus biss mill-htija fejn johrog li l-persuna li qasmet it-triq ghall-gharrieda, jew qasmet minn post li bniedem mhux mahsub li jaqsam minnu jew tkun gabet ruhha b'mod li poggiet lis-sewwieq f'qaghda li, wkoll kieku uza l-ghaqal u d-diligenza kollha waqt li qieghed isuq, ma kienx f'qaghda li jevita li jtajjar lil dik il-persuna;

Huwa stabilit ukoll li sewwieq li jkun qorob lejn pedestrian crossing ghandu d-dmir doppju li jnaqqas il-heffa li jkun qieghed isuq biha u li jzomm attenzjoni ta' dak kollu li jkun qieghed isehh quddiemu u madwaru, b'mod li jara hemmx nies li juru l-fehma li sejrin jaqsmu jew jekk hemmx niex li diga' jkunu bdew jaqsmu u jilhaq iwaqqaf fil-hin. B'zieda ma' dan, fejn il-post minn fejn qeghda taqsam persuna huwa pedestrian crossing u fejn ukoll dak il-post huwa mhares b'sistema ta'dwal mahsuba li jiggwidaw lil min qieghed jaqsam u lil min qieghed isuq, tigi wahedha kwestjoni ta'harsien ta' regolamenti tas-sewqan li kull wahda mill-partijiet tirregola ruhha skond ma tindikalhas-senjaletika;

Hawnhekk il-Qorti applikat multiplier ta' 7 snin ghal persuna li fil-mument ta' l-incident kellha 63 sena meta sehh l-incident.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info