Referenza: 542/1996/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
22/10/2004
Qorti
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Ġudikatura
CARUANA DEMAJO GIANNINO
Partijiet
EDWARDS JOSEPH JOHN NOE vs KUMMISSARJU TAL-ARTIJIET ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Dettalji tal-Appellati


Appellata
Iva

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, ARTIKOLU 6 ORDINANZA DWAR L-AKKWIST TA` ARTIJIET GHAL SKOPIJIET PUBBLICI - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, ESPROPRJAZZJONI - META L-GVERN MA JUZAX IL-PROPRJETA` ESPROPRJATA - ESPROPRJAZZJONI, DEFINIZZJONI TA` SKOP PUBBLIKU - ESPROPRJAZZJONI, META ART MA TINBENIEX GHAL NUMRU TA` SNIN - ESPROPRJAZZJONI, SINDAKABILITA` TA` L-ISKOP PUBBLIKU MILL-QRATI ORDINARJI
Fil-Qosor
It-tehid ta' proprjetà minn awtorità pubblika, biex ikun kif trid il-ligi, irid ikun maghmul ghal "skop pubbliku", skond l-Ordinanza, u "fl-interess pubbliku" skond il-Konvenzjoni; jekk ma jkunx ghalskop pubbliku u fl-interess pubbliku jkun bi ksur tal-ligi. Izda ghalxejn tidher quddiem qorti, biex titlob harsien tad-dritt ta' proprjetà, jekk il-qorti ma jkollhiex is-setgha li tara jekk it-tehid kienx tassew ghal skop pubbliku u fl-interess pubbliku ghax ikollha bilfors toqghod fuq il-kelma ta' l-awtorità. L-access ghal qorti jkun wiehed vojt, formali biss, jekk il-qorti ma jkollhiex is-setgha tara jekk tassew tharsitx il-ligi.

Izda l-ligi trid illi t-tehid ta' proprjetà, biex ikun jiswa u jkun sar sew, irid ikun sar ghal skop pubbliku u fl-interess pubbliku, u mhux biss wara li l-awtorità tkun qalet li sar ghal skop pubbliku. Ghalhekk trid tkun il-qorti, u mhux l-awtorità esekuttiva, li tghid jekk tassew it-tehid kienx kif trid il-ligi.

Jekk u safejn l-art. 6 ta' l-Ordinanza ma jhallix li tintalab prova li tharsu l-kondizzjonijiet kollha li trid il-ligi biex tista' tittiehed proprjetà privata, dak l-artikolu jcahhad lis-sid tal-proprjetà minn access effettiv ghal qorti, bi ksur ta' l-art. 6 tal-Konvenzjoni.

L-art. 6 tal-Kap. 88, li jghid illi hadd ma jista' jitlob prova ohra ta' l-iskop pubbliku minbarra dikjarazzjoni tal-President ta' Malta. Dan l-Artikolu ghandu jigi interpretat fis-sens illi fil-kuntest ta' proceduri ordinarji, ghalkemm il-gvernma ghandu ghalfejn igib ebda prova ohra minbarra d-dikjarazzjoni tal-President ta' Malta, il-prezunzjoni mahluqa b'dik id-dikjarazzjoni ma tistax tkun wahda iuris et de iure biex il-Kap. 88 jibqa' kompatibbli mal-ligijiet li jharsu l-jeddijiet fondamentali, u tkun meghluba jekk jintwera li ma kienxhemm l-iskop pubbliku li trid il-ligi biex it-tehid ta' l-art ikun jiswa.

Minn dan l-aspettallura l-Artikolu 6 tal-Kap. 88 ma jiksirx l-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni.

Dwar x'inhu fl-interess pubbliku, il-gvern ghandu diskrezzjoni wiesa', dak illi l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem g"il-Qorti Ewropea"h issejjahlu "a wide margin of appreciation".

Il-qorti ma tindahalx leggerment biex tissostitwixxi l-kriterji taghha ghal dawk tal-gvern, u toqghod fuq il-fehma ta' l-awtorità kompetenti hlief meta jintwera illi tassew ma seta' kien hemm ebda interess pubbliku fit-tehidtal-proprjetà jew illi ma nzammx proporzjon xieraq bejn l-interess pubbliku u d-dritt privat ta' proprjetà.

Hawnhekk gie deciz illi d-dikjarazzjoni Presidenzjali kienet saret fl-interess pubbliku, madanakollu l-proprjetac baqghet ma ntuzatx mill-Gvern. Il-mertu tal-kawza gie ezawrit billi l-proprjetac giet rilaxxjata lir-rikorrenti fil-mori tal-kawza. Il-Qorti laqghet talba ghall-hlas ta' kumpens sofferti mir-rikorrenti in konsegwenza ghall-indhil fit-tgawdija tal-proprjetac kostitwit mid-Dikjarazzjoni Presidenzjali.

Il-Qorti qieset fil-fatt illi ghalkemm kien minnu illi l-proprjetà ma ghaddietx formalment f'idejn il-gvern, u l-Kummissarju ta' l-Artijiet ma kellux il-pussess materjali taghha, madankollu d-dikjarazzjoni li l-proprjetà kienet mehtiega ghal skop pubbliku kienet"indhil" fit-tgawdija tad-dritt ta' proprjetà.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni