Reference: 1528/1998/1

Judgement Details


Date
03/11/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
FOGG INSURANCE AGENCIES LTD NOE ET vs TAL-MAGHTAB CONSTRUCTION CO LTD
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DANNI, RESPONSABILITA` TAL-KUNTRATTUR LI JASSIGURA LI L-UZU TAT-TRIQ U L-FLOW OF TRAFFIC JIGU ZVOLTI MINGHAJR PERIKOLI JEW INSIDJI - KOLLIZJONI, DOVER TA` KULL SEWWIEQ LI JIRREGOLA S-SEWQAN TIEGHU SKOND IL-KONDIZZJONIJIET U C-CIRKOSTANZI LI JKUN JINSAB FIHOM
Summary
Huwa principju maghruf in materja ta' incidenti stradali illi, kif senjalat mis-socjeta` appellanti,hu obbligu ta' kull sewwieq li jirregola s-sewqan tieghu skond il-kondizzjonijiet u c-cirkostanzi li jkun jinsab fihom, ad exemplum, il-hin ta' bil-lejl, ix-xita u l-istat ta' l-art u rapporti ohra kontingenti. Ifisser minn dan illi l-kriterju tar-responsabilita` tas-sewwieq tistrieh fuq in-nozzjoni tad-diligenza li hu ghandu jadopera fil-konduzzjoni u kontroll tal-vettura tieghu. In-nuqqas ta'din l-istess diligenza ggib b' konsegwenza ghalih l-kolpa prezuntiva li ssemmi l-ligi fl-Artikolu 1032 (1) tal-Kodici Civili;

Huwa principju daqstant iehor importanti u maghruf illi, kif dixxiplinat minn disposizzjonijiet varji tal-Kodici tal-Ligijiet tal-Pulizija, min ikun qed jippresta xoghlijiet ta' kostruzzjoni ghandu jevita li jhalli materjal jew xkiel iehor li jkun ta' perikolu jew inkomodu lill-pubbliku. In-nuqqas tal-harsien ta' dawn id-dixxiplini ta' komportament igib b' rizultat mhux biss inkolpazzjoni f' sens penali izda wkoll responsabilita`, f' sens civili, jekk jinstab li ma ttiehdetx kura u tutela sufficcjenti u adegwata biex tiskansa lil dak li jkun mir-riskji insitiu hekk estranei ghall-konducenti jew utenti ohra tat-triq. F' kaz bhal dan jekk jinstab li jezistul-presupposti cari tar-responsabilita` il-kuntrattur jew min ikun fi htija jkollu jwiegeb ghad-danni rizultanti subiti mit-terz danneggjat;

Biex jirnexxi fid-difiza tieghu li hu ma kienx fi htija, l-imprenditur jehtiegilu jgib il-prova liberatorja ta' ezistenza ta' fatt idoneu, kapaci li jinterrompi n-ness kawzali bejn l-att jew l-ommissjoni taghha u l-event dannuz. Fi kliem iehor li hi ha l-prekawzjonijiet kollha necessarji biex jiskansa d-dannu u allura wkoll, li dan id-dannu gie prodott indipendentement mill-imgieba teighu. Dan billi juri pozittivament illi d-dannu kien ir-rizultat tas-sewqan kolpuz tal-konducenti jew, alternattivament, l-effett tal-kaz fortuwitu;




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info