Referenza: 413/1999/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
29/10/2004
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT, DEPASQUALE ANTON, MAGRI ALBERT J.
Partijiet
GAUCI BORDA DR CARMEL SIVE LINO ET vs AZZOPARDI CARMELINA SIVE CARMELA ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Dettalji tal-Appellati


Appellata
Iva

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
KONVENJU, BDIL TA` CIRKOSTANZI FIL-MORI - KONVENJU, ELEMENTI TA`
Fil-Qosor
Huwa mehtieg li sabiex konvenju jkun validu (li) da jigi redatt bil-miktub. In oltre ghandu jikkontjeni s-segwenti elementi:-
a) jirrispekkja l-volonta` tal-kontraenti riflessa fil-firem taghhom;
b) jikkontjeni l-weghda ta' trasferiment li tkun tifforma l-oggett ta' dak il-ftehim;
c) jidentifika dan l-oggett li kellu jigi trasferit;
d) jistipula t-titolu li bih ikun gie miftiehem li kellu jsir it-trasferiment u
e) jindika l-prezz jew konsiderazzjoni miftehma li jistghu jkunu determinati jew determinabbli skond il-ftehim.

Meta element essenzjali jkun irid jirrizulta minn skrittura jew kuntratt, jekk tali element jonqos, provi tesimonjali ma humiex ammissibbli biex jigi supplit l-element nieqes. Tali prova testimonjali hi lecita biss li ssir biex telucida l-iskrittura jew il-kuntratt f'xi patt incidentali jew accessorju.

Hawnhekk l-ewwel Qorti kienet iddecidietli konvenju jista` jigi mhassar jekk tinbidel cirkostanza essenzjali li fuqu jkun inbena. B'hekk jekk venditur iwieghed li jbiegh proprjeta` li tkun mikrija u fil-mori tal-konvenju dik il-kirja tispicca il-venditur ikun intitolat li ma jersaqx ghall-pubblikazzjoni tal-kuntratt ta` trasferiment, proprju ghaliex tkun inbidlet cirkostanza essenzjali li tkun incidiet fuq il-prezz stipulat fl-istess konvenju.

Il-Qorti ta' l-appell ma qablitx ma' dan ir-ragunament u irrevokat is-sentenza appellata.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni