Referenza: 211/1990/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
19/10/2004
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
CARUANA DEMAJO GIANNINO
Partijiet
DIMECH MARIO SIVE MAURICE vs ZAMMIT GEORGE
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ENFITEWSI, OBBLIGU TAL-UTILISTA LI JZOMM IL-FOND FI STAT TAJJEB WAQT L-ENFITEWSI - ENFITEWSI, OBBLIGU TAL-UTILISTA LI MA JAGHMILX HSARAT FIL-FOND
Fil-Qosor
Skond l-art. 1518 tal-Kodici Civili, l-enfitewta jwiegeb biss ghall-hsarat li jaghmel hu:

1518. (1) Il-padrun dirett jista' wkoll jitlob li jholl l-enfitewsi u li jirtadd lilu l-fond bil-miljoramenti, kif ukoll it-tiswija tal-hsarat, jekk il-fond ikun tgharraq hafna, u c-censwalist ma jippruvax li dan gara minghajr htija tieghu jew tan-nies imsemmijin fl-artikolu 15l6.

(2) Dan ighodd ukoll jekk it-taghriq ikun gara fil-miljoramenti mibnija fil-fond.

Barra minn hekk, l-obbligazzjonijiet ta' enfitewta ma humiex biss bhal dawk ta' kerrej, ghax ghandu l-obbligu mhux biss illi ma jaghmilx hsara fil-fond izda wkoll illi lill-fond igibu 'l quddiem. Tassew illi, skond l-art.1518 tal-Kodici Civili, imsemmi mill-konvenut, l-enfitewta jwiegeb biss ghall-hsarat li graw bi htija tieghu, izda fil-kaz tallum il-konvenut kien intrabat illi jrodd il-fond fi stat tajjeb fi tmiem is-sub-enfitewsi, u din l-obbligazzjoni ma torbotx biss jekk il-fond kien fi stat tajjeb fil-bidu izda torbot ukoll jekk il-fond ma kienx gà fi stat tajjeb; li l-fond jingieb 'il quddiem hija, wara kollox, il-funzjoni ekonomika tal-kuntratt ta' enfitewsi. Jekk lill-konvenut deherlu illi b'dik l-obbligazzjoni dahal ghal piz oneruz aktar milli stenna, ghax fil-fond sab hsarat mohbija, kien imissu jfittex li jinheles mill-obbligazzjoni billi jmexxi bl-azzjoni redibitorja, jekk tassew kien hemm l-elementi mehtiega ghal dik l-azzjoni.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni