Reference: 739/2004

Judgement Details


Date
22/10/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MALLIA TONIO
Parties
IWUEKE DAMIAN NOE vs SCHEMBRI MARK ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
SOCJETA` KUMMERCJALI, AZZJONI SABIEX TISSEJJAH LAQGHA GENERALI TAL-KUMPANNIJA - SOCJETA` KUMMERCJALI, NUQQAS TA` QUORUM SABIEX TISSEJJAH LAQGHA GENERALI TAL-KUMPANNIJA
Summary
L-artikolu 132 tal-Att tal-1995 dwar il-Kumpanniji (Att numru XXV tal-1995), li jipprovdi fis-sub-artikolu (1) li jekk ghal xi raguni ma jkunx prattikabbli li tissejjah laqgha tal-kumpanija bil-mod libih jistghu jissejhu laqghat tal-kumpanija, jew li jitmexxew il-laqghat ta' dik il-kumpanija bil-mod stabbilit bl-istatut jew bl-Att innifsu, il-Qorti tista', anke fin-nuqqas ta' xi procedimenti li jikkoncernaw dik il-kumpanija, fuq rikors ta' xi direttur jew membru tal-kumpanija tordna li laqgha tal-kumpanija tissejjah, tinzamm u titmexxa b'dak il-mod li l-Qorti jidhrilha xieraq, u meta jinghataxi ordni bhal dan, tista' taghti dawk id-direttivi ancillari jew konsegwenzjali li jidhrilha xieraq, inkluza d-direttiva illi membru wiehed tal-kumpanija prezenti personalment jew bi prokura jitqiesli jikkostitwixxi laqgha. Is-sub-artikolu (2) tal-istess artikolu jipprovdi mbaghad li dak li hu provdut fis-sub-artikolu precedenti ghandhom japplikaw ukoll ghas-sejhiet ta' laqghat tal-bord tad-diretturi ta' kumpanija, jekk lill-Qorti jidhrilha, li c-cirkustanzi jitolbu li tittiehed azzjoni bhaldik.

Hawnhekk, wara r-rizenja ta' zewg diretturi tal-kumpannija in kwistjoni ma setax jintlahaq quorum mehtieg sabiex tissejjah laqgha tal-kumpannija.

Il-Qorti irriteniet li dak li kienqed jigi mitlub f'dawn il-proceduri ma kienx li jinbidel il-bilanc bejn l-azzjonisti, u ghalkemm il-quorum ghal-laqgha ta' bord ta' diretturi jidher li kien mahsub biex hadd miz-zewg nahat ma jkun jista' jagixxi minghajr l-involviment ta' imqarr wiehed mill-parti l-ohra, f'dan il-kaz l-iskop tal-laqghat mitluba kien wiehed limitat, u cioe', biex il-kumpanija tikkonforma ruha mil-ligijiet fiscali utal-kumpaniji li jimponu, hafna drabi, obbligazzjonijiet tassattivi fuq il-kumpanija. It-talba, ghalhekk kienet gustifikata. Altrimenti, il-Qorti irriteniet li f'kaz ta' impasse fit-tmexxija ta' kumpanija, hemm proceduri ohra jistghu jittiehdu, imma zgur mhux li xi direttur wiehed jew tnejn jinghata carte blanche biex imexxi l-kumpanija wahdu.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info