Reference: 2399/1997/1

Judgement Details


Date
20/10/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
DESIGN ELEMENTS LIMITED vs CAMILLERI MICHAEL PRO ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
AVVIZ QUDDIEM IL-QORTI TAL-MAGISTRATI, IL-QORTI MHIX MARBUTA BIL-KAWZALI TA` - AVVIZ QUDDIEM IL-QORTI TAL-MAGISTRATI, META JIGI PROVAT JEDD LI MA JINKWADRAX EZATTAMENT FIT-TALBA KONTENUTA FL-AVVIZ - CITAZZJONI, EKWIPOLLENZA - CITAZZJONI, KAWZALI TA` - CITAZZJONI, PARAMETRI TA`
Summary
Hu ritwalment rikjest bl-Artikolu 156 (1) tal-Kodici ta' Organizazzjoni u Procedura Civili illi l-oggett u r-raguni tat-talba fic-citazzjoni ghandhom ikunu mfissra car u sewwa u in linea ta' principjudawn ma jistghux jigu mibdula jew aggunti. Tant li jinsab enuncjat f'bosta sentenzi illi l-Qorti ghandha toqghod ghat-talba kif tkun giet imfissra fl-att tac-citazzjoni, u ma tistax tiddeciedi fuq xi dritt iehor li jkun jirrizulta, imma li ma jkunx jidhol sewwa fit-talba kif imfissra fl-att tac-citazzjoni. Fi kliem iehor il-kawzali tad-domanda hija dik espressa fic-citazzjoni u mhux lecitu li l-kawza tigi maqtugha fuq kawzali differenti minn dik espressa fic-citazzjoni.

Gie pero` enuncjat ukoll illi f'kaz li mill-fatti tal-kawza tirrizulta kawzali diversa minn dik dedotta fic-citazzjoni il-Qorti hi fakoltizzata li, fejn jokkorrilha, tipprovdi fuq il-meritu in bazi ghall-kriterju ta' ekwipollenza jekk jinstab li hemm ekwivalenza logika u bastanti biex wiehed ma jinkorriex f'nullita`. Dan in omagg ghal dak il-hsieb ispiratur, traccjat f'bosta decizjonijiet, li jevita kemm jista'jkun il-moltiplikazzjoni u d-dilazzjoni tal-liti u li jiskoragixxi l-formalizmu rigidu.

Aktar fundamentali minn hekk hu l-fatt illi l-Qorti ta' gurisdizzjoni civili ta' sede inferjuri mhiex marbuta bil-kawzali ta' l-avviz. Dan hu dezunt bl-aktar mod car mit-test tal-ligi procedurali kif espress fl-artikolu 213 tal-Kap 12 abbinat ukoll mal-artikolu 171 (1) tal-istess kap.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info