Reference: 28/2002/1

Judgement Details


Date
21/10/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MALLIA TONIO
Parties
CAMILLERI MARIO vs BORG MARIO ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ACTIO PAULIANA, ANIMUS NOCENDI MHUX RIKJEST - ACTIO PAULIANA, CONSILIUM FRAUDIS - ACTIO PAULIANA, ELEMENTI TA` - ACTIO PAULIANA, EVENTUS DANNI - ACTIO PAULIANA, PARTICIPATIO FRAUDIS
Summary
L-azzjoni pawljana ossia revokatorja ghandha zewg rekwiziti taghha essenzjali, li huma l-frodi u d-dannu.

Il-frodi f'din l-azzjoni hi element ta' sostanza u objettiv u tista' timmanifesta ruhhataht diversi aspetti. Tista' tkun diretta u tista' tkun indiretta jew oggettiva u l-piz tal-provajinkombi fuq min jallega l-frodi u jintenta l-azzjoni revokatorja ghaliex il-frodi fil-kuntratti matistax tigi prezunta. Id-dannu jista' jkun u generalment ikun attwali u cert imma jista' jkun ukolltali li fl-evidenza u certezza juri l-perikolu tan-nuqqas ta' garanziji tal-kredituri. Id-dannu irid ikun idderiva direttament mill-att impunjat.

Ghad-debitur il-"consilium fraudis" jikkonsisti filli huwa jkun jaf li qieghed jirrendi ruhu insolventi bis-sahha ta' l-att minnu kompjut ossia ikun qieghed jidhol fil-kondizzjoni ta' insolvenza jew ta' minorata solvibilita'. Ghat-terz jirrikorri l-"consilium fraudis" kull meta fil-waqt li jkun qieghed jikkontratta mad-debitur, huwa jaf illiqieghed jaghmel negozju guridiku li huwa ta' hsara ghall-kreditur".

L-animus nocendi mhux mehtieg biex tigi ezercitata l-azzjoni revokatorja imma huwa bizzejjed li jkun hemm ix-xjenza u l-previzjoni li l-att ser ikun leziv ghall-kreditur. Fir-rigward ta' l-"eventus damni" "dan jikkonsisti fil-pregudizzju li jsofri l-kreditur mill-fatt tad-debitur u l-pregudizzju jivverifika ruhu appuntu meta bil-fatt tieghu d-debitur jilledi d-dritt kreditorju.

Meta kreditur jagixxi bl-actio pawliana, ghalkemm l-insolvenza tad-debitur hu element tal-azzjoni, mhux obbligu tal-kreditur li jindikali d-debitur huwa insolvibbli, imma sta ghad-debitur, jekk irid ixejjen l-azzjoni, li juri li hu solvibbli billi jeccepixxi l-beneficcju ta' diskussjoni u jindika assi ohra li jappartjenu lilu u li jistghu jservu biex jaghmlu tajjeb ghal kreditu tal-attur.

Ghar-rigward tal-element ta' consilium fraudis, gia intwera li mhux mehtieg prova ta' intenzjoni li jaghmel hsara; kull ma hu mehtieg biex jissustixxi dan l-element hu li d-debitur jirrealizza li bl-att li qed jaghmel qed inaqqas l-assitieghu. Kull ma hu mehtieg hu li d-debitur kien jaf li ga kien insolvibbli, jew li jsir insolvibbli b'dak l-att, u din ix-xjenza da parti tieghu ghandha tigi facilment ammessa, billi hija haga inverosimili li wiehed ma jkunx edott mill-affarijiet tieghu sa dak il-punt.

Fil-kaz ta' kuntrattb'titolu oneruz hija mehtiega wkoll prova tal-male fede da parti tat-terzi akkwirenti; dan l-element huwa ndikat bhala l-partecipatio fraudis. Anke hawn, kif intwera, mhux mehtieg prova tad-dolo, izda li t-terz jaf li qieghed jaghmel negozju guridiku li huwa ta' hsara ghall-kreditur. Skond gurisprudenza, l-element tal-frodi tat-terz akkwirent jikkonfigura meta dan ikun jaf bil-kondizzjoni finanzjarja prekarja tad-debitur.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info