Reference: 1560/1995/1

Judgement Details


Date
13/10/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
CAMILLERI MARGARET ET vs THE CARGO HANDLING CO LTD
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DANNI, LIKWIDAZZJONI ARBITRIO BONI VIRI - DANNI, LIKWIDAZZJONI EX AEQUO ET BONO - DANNI, SKOP TA` AZZJONI GHAR-RIZARCIMENT TA`
Summary
L-Artikolu 1135 tal-Kodici Civili jistabbilixxi li "id-danni li ghandhom jithallsu lill-kreditur huma, b' mod generali, ghat-telf li jkun bata u l-qligh li jkun gie mtellef". Jissokta jsegwi illi f'kaz ta' danni ex culpa ir-responsabilita` hi limitata ghal dawk id-danni li setghu jkunu prevedibblimid-debitur (Artikolu 1136). Invece, f' kaz ta' ghemil doluz jidhlu biss dawk id-danni kif fuq precizati li jkunu l-effett immedjat u dirett tan-nuqqas ta' l-obbligazzjoni.

Kull konsegwenza patrimonjali negattiva trid tigi kalkolata skond parametri objettivi. In kwantu l-Artikolu 1135 tal-Kodici Civili jsemmi kemm it-telf subit kif ukoll il-qligh li jkun gie mtellef wiehed jifhem li n-norma hi mahsuba bhala espressjoni tal-principju tar-rizarciment mill-konsegwenzi kollha patrimonjalinegattivi tal-lezjoni ghat-titolari tad-dritt. Tali principju "compensatio lucri cum danno" jinnecessita` rabta ma' l-antecedenti li jkunu taw lok ghad-dannu. Dan ghall-fini tan-ness ta' kawzalita`.Huwa mbaghad daqstant iehor logiku u gust illi ghandhom dejjem jittiehdu in konsiderazzjoni l-fattezzi tal-kaz partikolari. Inter alia, f' dan il-kaz, il-fatt li l-atturi ma hadmux l-overtime li dwaru t-telf tieghu qed jitolbu rizarciment. Hekk ukoll wiehed ghandu jaghti qies tat-telf ta' interessi u ta' xi sopravvenuta zvalutazzjoni monetarja daqskemm ukoll wiehed ghandu jikkonsidra l-fatt ta' l-adempiment in forma specifika fejn l-kumpanija konvenuta ddecidiet li tirrettifika l-qaghda pregudizzjevoli ghall-atturi;

Il-prova tad-dannu tispetta lil min jallega li sofrih. Jinkombi ghalhekk lill-atturi f' dan l-kaz li jaghtu prova ta' l-effettiva ezistenza tad-dannu;

Ma jistax ikun dubitat illi hu rikonoxxut lill-gudikant anke fis-sistema tal-ligi taghna l-poter diskrezzjonali li jillikwida t-telf u l-qligh bl-adoperu tal-kriterju sussidjarju tal-valutazzjoni ekwitattiva.

Indiskutibilment il-gudikant ma jistax lanqas f'dawn il-kazi jipprexxendi mill-fatt illi l-parti istanti mhix ezonerata mid-dmir li tipprovdi dawk l-elementi probatorji u dawk il-fattijiet lihi tkun taf bihom ghall-iskop tad-determinazzjoni tat-telf. Min-naha tieghu l-gudikant hu tenut lijaghti piz debitu lil dawk l-elementi kollha tal-kaz konkret akkwiziti fil-process. Fi kliem iehorhu ghandu jipprovdi motivazzjoni logika tal-kriterji ta' l-apprezzament prudenti adottati li juru kif wasal ghal-likwidazzjoni tal-quantum debeatur.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info