Reference: 1523/1997/1

Judgement Details


Date
05/10/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CUSCHIERI NOEL
Parties
FARRUGIA PAWLU vs FARRUGIA CARMELO ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
SUCCESSJONI, KAPACITA` LI TIDDISPONI B`TESTMENT - PERSUNI LI MA JKUNUX F`SENSIHOM FI ZMIEN IT-TESTMENT - TESTMENT, IMPUNJAZZJONI FUQ IL-BAZI INSANITA` MENTALI TAT-TESTATUR - TESTMENT, MENS TESTATORIS
Summary
F'materja ta' testmenti, u precisament il-kapacita' mentali tat-testatur li jaghmel testment, ghandujipprevali l-principju li l-kapacita' hija prezunta filwaqt li l-inkapacita' li hija l-eccezzjoni ghandha tigi pprovata. Kull persuna fin-normalita' ghandha tigi prezunta of sound mind u li tippossjedi l-fakoltajiet mentali ta' persuna ordinarja, u ghalhekk ghandu jigi prezunt kapaci. L-insanita' mentali hija l-eccezzjoni u ghalhekk ghandha tigi provata. "Il-kapacita' li wiehed jaghmel testment hija r-regola, u l-inkapacita' hija l-eccezzjoni, u ghalhekk il-prezunzjoni juris tantum hi li min ikun ghamel testment huwa kapaci biex jiddisponi minn beni tieghu; salva prova kuntrarja."

Ir-rekwizit tal-kapacita' mentali biex wiehed jiddisponi b' testment, ma jirrikjedix mohh fi stat perfett u rigorozament f'sahhtu, izda hija sufficjenti dak l-uzu limitat tar-raguni li huwa sufficjenti biex it-testatur ikun koxxenti ta' dak li jkun qed jaghmel basta li t-testatur ikollu percezzjoni u razjocinju sufficjenti jew memorja sabiex ikun kapaci ta' determinazzjoni u volonta' ragunata u jkunjaf xi jkun irid jaghzel u jadopera dwar il-persuni u l-hwejjeg.

Huma nkapaci li jaghmlu testment dawk illi, fi zmien it-testment ma jkunux f' sensihom [of sound mind]; u ghalhekk min ikun qieghed jimpunja t-testment ikollu bzonn li juri li fil-mument tat-testment jew, almenu skond xi awturi,fl-epoka li sar it-testment it-testatur ma kienx kapaci.

3. Il-prova tal-inkapacita' tispetta lil min jallegaha fuq l-istregwa tal-principju fuq citat. Din il-prova trid tkun cara, univoka ukonklusiva.

Biex tigi stabbilita l-insanita' mentali tat-testatur hemm bzonn li jirrizultawindizzji gravi, u mhux biss semplici kongetturi u possibilitajiet il-fatti u l-argumenti iridu jkunuprecizi u konkludenti la darba jirrigwardaw persuna mejta li fuqha ma jkunux jistghu isiru l-accertamenti medici u legali mehtiega.

Fattur determinanti sabiex tigi stabbilita' s-sanita' mentali tat-testatur hija r-ragjonevolezza tad-dispsozizzjonijiet li jinsabu fit-testment. Huwa relevantil-ezami tal-fatt jekk it-testment huwa maghmul b'mod li ma jkunx jista' jigi dezunt minnu ebda sinjal ta' traskuragni u jekk l-att ikunx igorr il-karattri tipici tal-gherf..

Ghandhom ukoll relevanza qawwija id-deposizzjonijiet ta' nies professjonali, bhat tabib kuranti tat-testatrici u n-Nutar li kkonfezzjona t-testement, dwar l-istat u l-komportament tat-testatrici fiz-zmien relevanti. Ghalkemm ma jikkostitwux l-asserzjoni tan-nutar li d-disponent kien f'sensieh, wahedha, il-prova tal-kapacita` menalti tat-testatur, madanakollu il-konstatazzjonijiet tan-nutar ottenuti bl-iskop li tigiaccertata l-kapacita` tat-testatur jaghtu element ta' prova importanti li meta jigi maghdud ma ohrajn jista' jwassal ghal gudizzju ezatt fuq il-kwistjoni.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info