Reference: 87/2004

Judgement Details


Date
10/09/2004
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
SCICLUNA DAVID
Parties
IL-PULIZIJA vs ABELA PAUL
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
OFFIZA FUQ IL-PERSUNA, PROVOKAZZJONI - PROVOKAZZJONI, ELEMENTI TA` - RECIDIVITA`, PROVA TA`
Summary
Meta tigi biex titqies l-iskuza tal-provokazzjoni, ghandha tithares ir-regola migjuba fl-artikolu 235', li jfisser li l-provokazzjoni ma tiswiex jekk ma tkunx saret fil-waqt ta' l-azzjoni li taghha tingieb bhala skuza. Pero` dejjem irid ikun hemm provokazzjoni ingusta. Il-provokazzjoni ingusta li ghaliha jirreferi l-artikolu 325 mhix limitata jew arginata b'xi kriterji li jissemmew fl-artikoli 227, 229 jew 230 tal-Kodici Kriminali; l-uniku kriterju li l-legislatur ghazel li jittrasporta mit-Titolu tad-Delitti kontra l-Persuna hu dak ga` msemmi, cjoe` ta' l-artikolu 235. Il-gurista Francesco Antolisei, in konnessjoni ma' l-attenwanti generali tal-provokazzjoni prevista fit-tieni inciz ta' l-artikolu 62 tal-Kodici Penali Taljan jghid hekk:

Il-provokazzjoni trid tigi determinata mill-fatt ingust ta' haddiehor. Mhux mehtieg li l-fatt tat-terz ikun jammonta ghal reat jew li jkun guridikament illecitu; huwa bizzejjed li jkun ingust mill-punto di vista morali. Ghalhekk l-iskuza tl-provokazzjoni ghandha tigi ammessa anki quddiem komportament illecitu li jassumi karattru provokatorju ghall-modalitajiet ezuzi jew anki semplicement skonvenjenti li bihom jigi mwettaq jew minhabba ragunijiet li jkunu iddeterminawh (li wiehed ikun izomm f'qalbu, mibgheda, vendetta, jattanza, dispett). Ghal dak li jirrigwarda r-reazzjoni mhux mehtieg li din tkun proporzjonata ghall-fatt ingust.

Il-provokazzjoni ingusta kkontemplata fl-artikolu 325 trid tkun oggettivament riskontrabbli.

Bhal ma dejjem gie ritenut, l-ahjar prova sabiex tigi ppruvata xi akkuza ta' recidivita` hi li tigiesebita kopja ufficjali tas-sentenza relattiva, u wara ssir il-prova ta' l-identita.` L-obbligu tal-prosekuzzjoni li tesebixxi dawk is-sentenzi jibqa' dejjem, minkejja l-esenzjoni moghtija mill-akkuzat li tipproduci prova ta' l-identita`. Jekk ma tigix esebita jew prodotta tali prova permezz tal-kopja ufficjali tas-sentenza li tissemma fl-akkuza, allura wiehed ma jistax jghid li saret l-ahjar prova dwar jekk verament precedentement l-appellant kienx ikkommetta xi reat iehor li tieghu gie misjubhati.

"Ghalkemm il-fedina penali tista' tittiehed in konsiderazzjoni mill-Qrati ta' GustizzjaKriminali biex ikunu jistghu jikkalibraw il-piena, l-imputazzjoni tar-recidiva dejjem tinnecessitali ssir il-prova tal-kundanna jew kundanni precedenti; tali prova ssir permezz ta' kopja legali tas-sentenza jew sentenzi precedenti kif ukoll billi jigi ppruvat a sodisfazzjoni tal-qorti - permezz ta' xhieda jew minn ezami tal-istess sentenza jew sentenzi (jekk din jew dawn ikunu jaghtu l-konnotatimehtiega tal-persuna kkundannata) jew minn ezami tal-atti tal-kawza ta' dik is-sentenza jew ta' dawk is-sentenzi precedenti - li dawk is-sentenzi jirreferu ghall-persuna li tkun qed tigi akkuzata bir-recidiva."




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info