Referenza: 2036/1999/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
22/06/2004
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
CARUANA DEMAJO GIANNINO
Partijiet
KUMMISSARJU TA' L-ART vs BONAVIA RAYMOND ET
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Dettalji tal-Appellati


Appellata
Iva

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ACCESSJONI, PROPRJETA` TAL-GVERN
Fil-Qosor
L-art. 571 tal-Kodici Civili jghid hekk:

571. Jekk fit-tlugh ta' bini tigi okkupata b'bona fidi bicca mill-fond li jmiss ma' dak il-bini, u l-gar ikun jaf li qieghed isir dak il-bini, u ma jaghmilx opposizzjoni, l-art li tigi hekk okkupata u l-bini li jsir fuqha jistghu jigu ddikjarati ta' proprjetà ta' min bena, taht l-obbligu li jhallas lil sid l-art il-valur tal-wicc li jkun okkupa, u li jaghmel tajba kull hsara li tkun saret.

L-art. 3 ta' l-Att dwar it-Trasferiment ta' Artijiet tal-Gvern ighid illi "ebda art li tkun proprjetà tal-Gvern jew li hi amministrata minnu ma tista'tigi trasferita kemm-il darba dak it- trasferiment ma jsirx skond xi wahda mid-disposizzjonijiet" imsemmija aktar 'l isfel f'dak l-artikolu, izda fost dawk id-dispozizzjonijiet hemm dik fil-paragrafu(e) li tghid illi jkun jiswa trasferiment maghmul "skond xi ligi ohra li ghal dak iz-zmien tkun fis-sehh". Il-Kodici Civili wkoll huwa ligi fis-sehh, u ghalhekk tiswa wkoll il-kisba ta' proprjetà b'titolu ta' accessjoni.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni