Reference: 5/2001/1

Judgement Details


Date
14/07/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
DEBRINCAT HILDA (APPELLANTI) vs FARRUGIA MARIO ET (APPELLAT)
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
LOKAZZJONI, GUSTIFIKAZZJONI GHAL MOROZITA` FIL-HLAS TAL-KERA - LOKAZZJONI, META L-INKWILIN JISTA` JZOMM IL-KERA - LOKAZZJONI, PATTIJIET LI JKUNU AKTAR VANTAGGJUZI GHALL-INKWILIN MINN DAK LI JIDDISPONI L-KAP. 69 - LOKAZZJONI, RILOKAZZJONI TACITA - KONDIZZJONIJIET TAL-LOKAZZJONI - PROVA, APPREZZAMENT TAL-QORTI TAL-APPELL
Summary
F'materji ta' rilevanza jew superfluwita` ta' xhieda, Qorti tat-tieni grad bhala regola ma tiddisturbax ir-regolament tal-ewwel tribunal, jekk mhux ghal motivi gravi.

Huwa principju tad-dritt komuni kif stabbilit fl-Artikolu 1536 tal-Kodici Civili illi "jekk, meta jaghlaq iz-zmien tal-kiri, il-kerrej jibqa' u jigi mholli fit-tgawdija tal-haga mikrija lilu, jinghad li l-kiri gie mgedded tahtl-istess kondizzjonijiet u bl-istess jeddijet u obbligi, ghal zmien meqjus kif jinghad fl-artikolu1532 . ."

Minn dan il-provvediment huwa desumibbli illi l-ligi stess trid li meta l-kirja tkompli, anke tacitament, oltre l-perijodu stipulat, din tibqa' regolata mill-istess kondizzjoniiet tal-lokazzjoni li, skond il-ftehim, kienu jimperaw. Li jfisser li l-kondizzjonijiet u modalitajiet tal-kirja ghandhom jigu konsiderati li jibqghu validi u veljanti.

Jekk dan hu hekk il-kaz skondil-ligi civili maggorment, imbaghad, l-istess principju huwa tutelat bil-ligi specjali, fl-artikolu3 tal-Kap 69 li a propozitu jipprovdi li "sid il-kera ta' xi fond ma jistax, meta jaghlaq iz-zmien tal-kiri (sew jekk dan iz-zmien ikun skond il-ftehim legali, skond l-uzu, jew imnissel mid-disposizzjonijiet ta' din l-Ordinanza), jirrifjuta li jgedded il-kiri jew li jgholli l-kera jew li jaghmel kondizzjonjiet godda ghat-tigdid tal-kiri minghajr il-permess tal-Bord". F'dan il-kuntest l-istess Kap69 jipprovdi l-procedura li trid tigi segwita skond l-Artikolu 14 ghal tibdil tal-kondizzjonijiet ezistenti jew ghall-imposizzjoni ta' kondizzjonijiet godda.

Huwa pacifikament akkolt fil-gurisprudenza in linea ta' principju illi obbligu primarju tal-kerrej li jkun qed igawdi fond lokat liluhuwa l-hlas tal-kera lis-sid, u f'kull kaz dan mhux aktar tard miz-zmien prefiss mil-ligi. Xort'ohra jkun hemm morozita` fis-sens tal-ligi. Hekk, per ezempju, l-kerrej ma jistghax izomm il-kera ghaxjippretendi li kellu jeddijiet kontra s-sid. Dan ghaliex il-kerrej m'ghandux dritt jirrifjuta li jhallas il-kera.

Tajjeb pero` li jigi sottolinejat ukoll illi meta jkun hemm cirkostanzi li jiggustifikaw l-atteggjament tal-inkwilin tan-nuqqas tieghu li josserva l-obbligi, huwa ma jiddekadiexmid-dritt tieghu biex tigi mgedda l-lokazzjoni.

Jekk il-partijiet jadottaw kondizzjoni aktarvantaggjuzi ghall-inkwilin minn dak provdut fil-Kap. 69 tali kondizzjonijiet aktar vantaggjuzi ghandhom japplikaw.

F'din il-kawza il-ftehim lokatizzju kien jiddisponi li l-kerrej kien ikun moruz jekk jonqos milli jhallas tliet skadenzi kera. Il-Qorti qieset li f'tali cirkostanzi ma kellux japplika d-dispost tal-Kap. 69 fis-sens li zewg skadenzi kienu sufficjenti, izda l-Qorti qieset li l-kerrej kellu jkun moruz fi tliet skadenzi.

F'materja fejn il-ligi trid li tissalvagwardja d-dritt tas-sid ghall-hlas tal-kera li hu wiehed mill-obbligi principali ta' l-inkwilin, is-sanzjoni ultima ta' l-izgumbrament hi naturalment mehtiega u ghandha tigi applikata, imma dan biss f'dawk il-kazijiet fejn il-ligi strettament timponiha. Id-dicitura tal-ligi ghandha tigi allura applikata imma l-interpretazzjoni li ghandha tinghata ghandha tkun ristrettiva, anke jekk korretta. Dan ghaliex is-sanzjoni ta' l-izgombru ma hijiex mahsuba fil-ligi bhala xi vantagg li jista' jakkwista s-sid bhalakonsegwenza tan-non pagament tal-kera fit-terminu stabbilit, imma bhala deterrent biex l-inkwilin jadempixxi l-obbligu tieghu li jhallas il-kera. Hu ghalhekk li l-gurisprudenza hi konkordi li ma timponix is-sanzjoni ta' l-izgumbrament f'dawk il-kazijiet fejn id-dispost tal-ligi ma jkunx gie osservat bi precizjoni jew fejn ic-cirkustanzi jkunu tali li l-inkwilin ikun legalment gustifikat fl-inosservanza ta' l-obbligi kontrattwali tieghu.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info