Referenza: 791/2003

Dettalji tas-Sentenza


Data
30/06/2004
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MICALLEF JOSEPH R.
Partijiet
AIR MALTA PLC vs SOUTH RAYS LTD
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
KONTRO-TALBA, AZZJONI GHAR-RIZARCIMENT TA` DANNI SUBITI IN KONNESSJONI MA` MANDAT KAWTELATORJU - KONTRO-TALBA, KONNESSJONI MEHTIEGA BEJN IT-TALBA EWLENIJA U DIK RIKONVENZJONALI - KONTRO-TALBA, TRID ISSIR FL-ISTESS KWALITA` LI BIHA MIN JAGHMILHA JKUN GIE IMHARREK
Fil-Qosor
Jibda biex jinghad li l-ligi trid li biex talba rikonvenzjonali tista' ssir f'kawza, din irid ikollha rabta mat-talba attrici, jew ghaliex tkun gejja mill-istess fatt, kuntratt jew titolu li minnu tkun gejja t-talba tal-attur, jew ghaliex l-imharrek ikollu l-hsieb li bil-kontro-talba tieghu jpaci jew igib fix-xejn l-azzjoni tal-attur jew izomm l-effetti taghha.

Huwa mizmum ukoll minn sensiela twila ta' decizjonijiet, li element ewlieni li jsejjes is-siwi ta' azzjoni rikonvenzjonali huwa dak li, minbarra l-konnessjoni msemmija mil-ligi, irid jirrizulta wkoll li jista' jaghmel uzu minnhabiss l-imharrek fil-kwalita' li huwa jkun tharrek fiha fl-azzjoni originali;

Il-fatt li ghanta' parti mharrka jkun li ggib fix-xejn azzjoni mressqa kontriha ma jirrendix gustifikat invarjabbilment it-tressiq ta' att gudizzjarju fl-ghamla ta' rikonvenzjoni. L-istess ghan jintlahaq b'Nota tal-Eccezzjonijiet. Ma kien qatt il-hsieb tal-legislatur li jirrendi l-azzjoni rikonvenzjonali bhala strument ordinarju li bih kull kawza tfaqqas fi tnejn. Kemm hu hekk, ir-rikonvenzjoni hija rimedju straordinarju procedurali li ghandu hsieb u ghan specifiku, u kemm hu hekk hija wahda minn dawk il-proceduri li l-Kodici isejjah "specjali". Dan jinghad ukoll minkejja li l-jedd li titressaq talba rikonvenzjonali huwa moghti lill-imharrek minghajr limitu dwar l-ghamla ta' azzjoni li fiha tista' ssir;

B'referenza ghall-kliem "istess kuntratt" jew "fatt" li wiehed isib fl-artikolu 396 tal-Kap. 12 huwa stabilit li b'"fatt" wiehed jifhem dik il-gabra ta' operazzjonijiet jew negozji li nisslet ir-rabta guridika. Hawn gie ritenut li l-"fatt" kien il-kuntratt li bis-sahha tieghu l-partijiet intrabtu lejn xulxin biex isehh in-negozju. "Fatt" ma jista' jkun qatt xi haga li tnisslet u sehhetwara u b'konsegwenza tal-fatt li nbdew proceduri fil-Qorti biex jigi determinat guridikament jekk xiwahda mill-partijiet kinitx kisret il-ftehim - jigifieri, l-veru "fatt";

L-artikolu 396 ma jistax jigi sewwa mfisser jekk mhux fid-dawl tal-kliem ewlieni ta' dak l-artikolu, u precizament mal-htiega li bejn talba u kontro-talba jrid ikun hemm konnessjoni u li tali konnessjoni trid tinstabbejn l-istess partijiet;

Dwar it-tifsir tal-konnessjoni mehtiega mal-azzjoni attrici biex tista' triegi l-kontro-talba, wiehed irid izomm quddiem ghajnejh ukoll li fl-istitut tar-rikonvenzjoni, l-azzjoni u l-azzjoni rikonvenzjonali jitqiesu bhala zewg azzjonijiet li kapaci joqoghdu wahedhomf'ezistenza indipendenti u awtonoma. Kemm hu hekk, l-artikolu 401 tal-Kodici jseddaq din l-awtonomija. Ghalhekk, b'"konnessjoni" wiehed certament ma jifhimx li l-kontro-talba tkun dipendenti fuq it-talba jew in-natura taghha. Izda l-elementi li trid il-ligi jridu jkunu murija sewwa biex il-kontro-talba tista' titressaq kif imiss;

Il-fatt wahdu li persuna li kontra taghha jinhareg mandatkawtelatorju tbati xi hsara jew skomdu, ma jfissirx b'daqshekk li l-persuna ezekutanti trid tigi kundannata taghmel tajjeb ghall-hsara jew dannu ta' tali skomdu. Dan jinghad ukoll jekk il-kawza li bis-sahha taghha jinhareg l-imsemmi mandat tinqata' kontra l-parti li tkun talbet il-hrug tieghu. Talba rikonvenzjonali mressqa ghad-danni minhabba mandat kawtelatorju ghall-istess azzjoni ewlenija hija (kontro) talba milquta mill-intempestivita'. L-intempestivita' hija ghamla ta' irritwalita' li tolqot is-siwi tal-att gudizzjarju li jinhareg tahtha;




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni