Referenza: 1430/1993/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
09/01/2001
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
SCICLUNA DAVID
Partijiet
CASSAR FRANCIS vs SAMMUT FRANCIS NOMINE
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DANNI - DANNI, RESPONSABILITA` TA` SID TA` FOND GHAL XOGHOLIJIET MWETTQA FIL-FOND TIEGHU - DRITT TA` PROPRJETA` - HAJT DIVIZORJU, THAFFIR HDEJN - SERVITU`, DISTANZA LEGALI - SERVITU`, THAFFIR HDEJN HAJT DIVIZORJU
Fil-Qosor
Hadd ma jista' jhaffer fil-fond tieghu f'boghod ta' anqas minn sitta u sebghin centimetru mill-hajtdivizorju.

Azzjoni ghad-danni kontra gar li ma jirrispettax din ir-restrizzjoni hija azzjonighad-danni akwiljani.

Kull min jaghmel uzu ta' jedd tieghu fil-qies li jmiss, ma jwegibx ghall-hsara li tigri b'dan l-uzu. Izda, imbaghad, kull wiehed iwiegeb ghall-hsara li tigri bi htija tieghu, u dan anke jekk ikun il-propjetarju fl-ezercizzju tad-drittijiet tieghu, meta jaghmel minn hwejjgu uzu projbit mill-ligi.

Sid il-fond ma jistghax semplicement jiskarika l-htija fuq il-kuntrattur li jkun hadimlu. Ir-responsabilita` tieghu f'dan l-ambitu mhix limitata ghall-culpa in eligendo. Pjuttost, l-iskrutinju li ried isir in subjecta materja huwa dak fuq zviluppat fis-sens li jigi ezaminat jekk il-konvenut kisirx disposizzjoni espressa tal-ligi u b'hekk ghamel, jew ippermetta li jsir, uzu ipprojbit mill-ligi.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni