Reference: 474/2002/1

Judgement Details


Date
23/06/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
FALLON GRECH BLACKMAN vs FILLETTI LARA
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
PROVA, HTIEGA LI TITRESSAQ L-AHJAR PROVA - PROVA, PRESENZA TA` XHUD FL-AWLA - TRIBUNAL GHAL TALBIET ZGHAR, HTIEGA LI TITRESSAQ L-AHJAR PROVA - TRIBUNAL GHAL TALBIET ZGHAR, PRESENZA TA` XHUD FL-AWLA
Summary
Ma jista' qatt ikun dubitat illi anke quddiem it-tribunal iridu jitharsu l-principju ta' gustizzja naturali u fondamentali ta' smiegh xieraq b'mod li z-zewg partijiet, u mhux parti wahda biss, ikollhom l-istess opportunita` li jressqu l-provi taghhom in sostenn tat-talba azzjonata jew tad-difiza. Tali principju, dejjem s'intendi fir-rispett shih tan-normi procedurali, jibqa' sagrosant. Dan ighodd ukoll fil-kaz tat-Tribunal ghal Talbiet Zghar, anke jekk dan, skond l-istess ligi li kkrejatu, hufakoltizzat jimxi bi speditezza u bl-anqas formalizmu possibbli.

Issa kif inhu hekk ragonevoli u logiku l-mezzi tal-provi jappartjenu ghal katalogu ta' normi prefissati mil-legislatur, senjatament l-artikoli minn 558 sa 562 tal-Kodici ta' Organizazzjoni u Procedura Civili. Dawn l-istess mezzi ta' provi, in kwantu elementi probatorji ghar-riljiev partikolari mahsub minnhom, iservu b'mod specjali ta' fonti ghal-liberu konvinciment tal-gudikant.

Fil-kaz tat-Tribunal, a differenza tal-qrati ordinarji, dawn l-istess mezzi ta' prova huma anqas sagramentali, tant li kif jinghad proprju fl-Artikou 9(2)(b) tal-Kap 380, it-Tribunal "ghandu jitgharraf b'kull mod li jista' jidhirlu xieraq u ma jkunx marbut bil-prattika dwar l-ahjar prova jew dwar xhieda fuq kliem haddiehor . ."

Dan affermat, xorta wahda ma kien hemm xejn x'jimpedixxi lit-Tribunal milli jitlob li ssir il-provali hu kien jidhirlu li tkun mehtiega biex il-fatti tal-kawza jigu ahjar apprezzati. B'danakollu danma jfisserx, ukoll, illi kien hemm xi obbligu fuq it-Tribunal f'dan il-kaz li jikkonduci hu l-provital-partijiet. Korrettement intiz l-Artikolu 559 tal-Kap 12 li jiddisponi li "Il-qorti ghandha fil-kazijiet kollha tordna li ssirilha l-ahjar prova li l-parti tista' ggib" kellu jfisser biss illi t-Tribunal ma kellux jaccetta prova li ma kienetx l-ahjar prova. Li jfisser li kieku kien hekk jokkorri anke f'dan il-kaz it-Tribunal kellu dritt jezigi li tingieb dejjem l-ahjar prova li kienet fil-possibilita` tal-parti li tingieb.

Issa hawnhekk l-appellanti lmentat ruhha li hija ma thallietx tressaq xhud mit-Tribunal ghal Talbiet Zghar billi din l-istess xhud kienet prezenti fl-awla waqtid-deposizzjoni ta' xhud iehor.

L-Artikolu 591 Kap. 12 jiddisponi li:

"Bhala regola, ebda persuna prezenti waqt is-smigh ta' kawza ma tista' tingieb bhala xhud fl-istess kawza; izda hu mholli fid-diskrezzjoni tal-qorti li, ghal raguni tajba, tiddispensa minn din ir-regola, f'kazijiet partikolari."

Din id-disposizzjoni ghandha bhala bazi l-principju u l-prekawzjoni tal-ezami separat tax-xhieda; u hi ntiza li tevita li x-xhud li jkun ghad irid jixhed jista' jisma' d-deposizzjoni ta' xhud iehor fuq diversi cirkostanzi, u b'hekk ifixkel l-iskop li, tant fl-ezami kemm fil-kontro-ezami, tista' tigi mikxufa l-inveridicita` pregudizzjevoli tax-xhud; b'mod li r-ragunijiet li ddeterminaw lil-legislatur jistabilixxi din id-disposizzjoni ta' divjet generali jistghu jkunu dawk, fost ohrajn, li persuna prezenti fid-dibattiment gudizzjali tista' tissubixxi l-influwenza tad-diskussjoni u r-rakkont tax-xhieda l-ohra li jkunu ddeponew qabel; u l-interess li jista' jkollha persuna litkun prezenti fit-trattazzjoni tal-kawza li tikkonferma jew tikkontradici cirkostanzi deposti minnxhieda ohra b'xewqa ta' vittorja ta' wahda mill-partijiet jew ta' sokkombenza ghall-parti l-ohra.

Il-Qorti ta' l-Appell izda qieset li t-Tribunal uza sewwa d-diskrezzjoni tieghu u ghalhekk cahad l-appell.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info