Reference: 15/2002/1

Judgement Details


Date
17/06/2004
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
FARRUGIA SACCO LINO
Parties
LANZON VICTOR ET NOE vs KUMMISSARJU TAL-PULIZIJA
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
ARTIKOLU 39 TAL-KOSTITUZZJONI TA MALTA - ARTIKOLU 6 TAL-EWWEL SKEDA TAL-KAP 319 DWAR IL-KONVENZJONI EWROPEA GHAD-DRITTIJIET TAL-BNIEDEM - DRITT GHALL-ASSISTENZA LEGALI
Summary
F' dan il-kaz, ir-rikorrent talab lill-Qorti biex (1) tiddikjara illi kien hemm vjolazzjoni ta' l-artikoli 39 tal-Kostituzzjoni ta' Malta u ta' l-Artikolu 6 ta' l-Ewwel Skeda tal-Kap 319 dwar il-Konvenzjoni Ewropea ghad-Drittijiet tal-Bniedem waqt l-interrogatorju tar-rikorrent Matthew Lanzon, (2) tiddikjara l-istqarrija tieghu inammissibbli u (3) jinghata kumpens xieraq ghal dawn il-lezjonijiet tad-drittijiet fondamentali.

Fis-sistema taghna s'issa l-Ligi ma ttik l-ebda dritt ghall-assistenza ta' avukat meta qed tkun interrogat. Pero' din is-sena gie promulgat Att tal-Parlament, li l-parti kbira minnu dahal fis-sehh fl-1 ta' Mejju 2002, li jipprovdi ghall-assistenza legali lil kull persuna interrogata mill-Pulizija. Malli jidhol fis-sehh l-Artikolu partikolari ta' l-emendi, l-imputat ikollu dritt li jkun assistit minn avukat. Izda jekk huwa jibqa' sieket, allura l-Qorti tkun tista' taghmel certi inferenzi meta tigi biex tindirizza lill-gurati jew taqta' l-kaz.

Din il-Qorti tiddikjara illi ma kien hemm l-ebda vjolazzjoni tad-drittijiet fundamentali tar-rikorrenti kif elenkati fir-rikors promotur taghhom u cioe' dawk naxxenti mill-Artikolu 39 tal-Kostituzzjoni ta' Malta u mill-Artikolu 6 tal-Ewwel Skeda tal-Kap. 319 dwar il-Konvenzjoni Ewropeja waqt l-interrogatorjutar-rikorrent Matthew Lanzon; tastjeni milli tippronunzja ruhha dwar l-ammissibbilita` o meno ta' l-istqarrija rilaxxjata mill-istess rikorrenti Matthew Lanzon sabiex din il-kwistjoni tigi hekk deciza mill-Qorti kompetenti jekk ikun il-kaz; u tichad it-talba tar-rikorrenti ghal ghotja ta' kumpensxieraq.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info