Reference: 491/2002/1

Judgement Details


Date
10/06/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MALLIA TONIO
Parties
SPITERI MARTIN vs CACHIA EMANUEL
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
KONKORRENZA SLEALI, IMITAZZJONI PERFETTA MHIX RIKJESTA - KONKORRENZA SLEALI, INDIKAZZJONI TAX-XORTA JEW L-ISKOP INTIZ FL-GHOTI TA` SERVIZZ JEW BEJGH TA` PRODOTT - KONKORRENZA SLEALI, KONFONDIBILITA` BEJN ZEWG PRODOTTI - ELEMENTI TA` - KONKORRENZA SLEALI, MHUX MEHTIEGA L-PROVA TA` ELEMENT INTENZJONALI JEW MALA FEDE - KONKORRENZA SLEALI, REGISTRAZZJONI TA` ISEM JEW MARKJU - KONKORRENZA SLEALI, UZU TA` KLIEM KOMUNI - TRADEMARKS, PROCEDURI GHALL-OPPOSIZZJONI GHAR-REGISTRAZZJONI TA' - AZZJONI AD HOC - TRADEMARKS, ZEWG TRADEMARKS REGISTRATI MA JISTGHUX JIKKONTRAVVJENU LIL XULXIN
Summary
Sabiex jigi invalidat trademark registrata hija mehtiega kawza ad hoc li fiha tintalab dikjarazzjonita' invalidita' tat-trademark, liema kawza tkun trid ukoll tigi notifikata lill-Kontrollur tal-Proprjeta' Industrijali, ai termini tal-artikolu 63 tal-istess Kap., li jkollu d-dritt jintervjeni u/jewjikkontesta t-talba attrici. Tali azzjoni hija moghtija lill-kwalunkwe persuna li turi interess uhija soggetta ghal preskrizzjoni ta' hames snin (artikolu 88 tal-istess Kap. 416). Darba li l-ligitrid li l-materja dwar l-invalidita' ta' trademark tigi mistharga f'kawza ad hoc, mhux lecitu li tali kwistjoni titqajjem permezz ta' eccezzjoni, specjalment meta l-ligi trid li f'tali kawza jkun involut ukoll il-Kontrollur tal-Proprjeta' Industrijali.

Meta att irid jigi attakkat, annullat jew imhassar, trid issir kawza ad hoc u mhux sollevata per via di eccezzione. Dan il-principju jikkonferma l-pozizzjoni li ha l-Kap. 416 fil-kuntest ta' applikazzjoni li tista' ssir ghat-thassir tar-registrazzjoni ta' marka.

Wiehed ma jridx ihares lejn il-kelma li taghha tkun qed tintalab ir-registrazzjoni u jara jekk dik il-kelma taghtix indikazzjoni tax-xorta jew l-iskop intiz fl-ghoti ta' servizz, izda wiehed ghandu jhares lejn is-servizz jew l-oggett u jara jekk dan jitfax il-hsieb mill-ewwel fuq il-kelma jew frazi li taghha tkun qed tintalab ir-registrazzjoni; jekk ir-risposta ghaldan l-ahhar kwezit huwa fin-negattiv, allura il-kelma ma tkunx deskrittiva tas-servizz jew oggett ur-registrazzjoni taghha jkun permissibli.

Hawnhekk gie ritenut li meta wiehed jahseb fuq il-generu ta' negozju konness mat-tiswija ta' vetturi, mohhu ma jmurx necessarjament fuq il-kliem "CarClinic". Il-kelma "clinic" hija aktar marbuta mas-sahha tal-bniedem milli mal-karozzi, u persuna litfittex post biex isewwi l-vettura taghha, ma tahsibx fuq klinika, izda fuq garaxx ta' mechanic jewpanel beater; kwindi l-frazi "Car Clinic" ma tistax titqies li hi deskrittiva tax-xoghol ta' tiswija li jsir fuq vetturi u r-registrazzjoni taghha hija accettabbli u, fil-fatt, giet accettata mill-Kontrollur tal-Propjeta' Industrijali.

L-artikolu 11(1) tal-Kap. 416, li jiddisponi illi:

"Ma ssirx kontravvenzjoni ta' trademark registrata bl-uzu ta' trademark registrata ohra ghar-rigward ta' oggetti jew servizzi li dwarhom it-trademark l-ohra tkun registrata".

Dan izda ma japplikax ghall-finijiet ta' talba bazata fuq allegazzjoni ta' konkorrenza sleali ai termini tal-Kodicital-Kummerc. Bejn l-azzjoni ta' konkorrenza sleali u dik ta' oppozizzjoni ghar-registrazzjoni ta' trademark minhabba l-konfondibilita' taghha mal-markji diga' registrat favur minn jopponi ghal dik ir-registrazzjoni, hemm differenza importanti; ghalhiex, fil-waqt illi f'materja ta' konkorrenza slealighandu jigi kunsidrat l-eghmil kollu tal-konkorrent fil-kumpless tieghu, f'kaz ta' azzjoni dwar registrazzjoni ta' trademark il-kwistjoni hija jekk il-markju li jrid jigi registrat huwiex konfondibili mal-markju ga registrat ta' min jopponi r-registrazzjoni.

Ghar-rigward ta' konkorenza sleali, jezisti l-principju ta' prior in tempore, potior in jure.

Biex ikun hemm konfuzzjoni:

(a) l-isem jew marka tad-ditta konvenuta irid ikun l-istess jew simili;

(b) li din il-marka jew isem jistghu jikkrejaw konfuzjoni fil-mohh tal-konsumatur normali;

(c) il-konfuzjoni tista' ssehh biss jekk il-kummercjanti jkunu fl-istess sfera ta' kummerc jew simili ta' xulxin;

(d) il-konkorrenza trid issehh fl-istess arja geografika.

L-imitazzjoni ma kemmx bzonn tkunservili, preciza, tali li tinganna anki kompratur intelligentissimu, imma tibbasta imitazzjoni talili tkun tista' tinganna bniedem ta' intelligenza u diligenza ordinarja.

Il-fatt jekk l-ingann ikunx frawdolenti, jew sempliciment accidentali, jew derivanti minn zball, ma jaghmel ebda differenza; il-malizzja tal-kontravventur tezercita nfluwenza biss fid-determinazzjoni tal-penali meta l-kontravventur jigi azzjonat.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info