Reference: 224/1997/1

Judgement Details


Date
31/05/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Parties
SCICLUNA PAUL vs CAUCHI E.T. MONS NIKOL ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
KONVENJU, OBBLIGAZZJONIJIET BILATERALI - KONVENJU, PARTI TISTA` TAGHZEL LI TINTRABAT B`KONDIZZJONIJIET AKTAR ONERUZI MINN DAWK MIFTEHMA
Summary
Fil-kaz ta' weghda ta' bejgh jew ta' xiri, il-ligi tikkontempla separatament il-promessa unilateralital-bejjiegh li jittrasferixxi l-haga lix-xerrej bi prezz determinat jew li jista' jigi ddeterminat(Art. 1357 Kodici Civili), u l-kontro-promessa unilaterali tax-xerrej li jixtri l-haga u jhallas il-prezz (Art. 1360 Kodici Civili). Malli l-promessa sija tal-bejjiegh kemm dik tax-xerrej, tigi accettata mill-parti li favur taghha tkun saret, dik il-promessa jew offerta tinbidel f'obbligazzjoni f'dak li jkun ghamilha, b'mod li dak li jwieghed ("promisor") ikun obbligat jesegwixxi l-obbligazzjoniminnu assunta, u, fin-nuqqas, l-accettant ("promisee") jista' jitlob li l-parti li tkun wieghdet tigi ordnata tesegwixxi in natura l-obbligazzjoni taghha, u jekk dan ma jkunx aktar possibbli, li thallas id-danni. Fi kliem iehor, malli l-promessa tal-bejjiegh tigi accettata mix-xerrej, huwa jsir obbligat li jitrasferixxi, fiz-zmien miftiehem jew determinabbli skond il-ligi, il-haga lix-xerrej u jircievi l-prezz; u jekk il-bejgh ma jkunx jista' jsir izjed, li jhallas id-danni. Similment, mallil-promessa tax-xerrej tigi accettata mill-bejjiegh, ix-xerrej ikun obbligat li, fl-istess zmien, ihallas il-prezz u jircievi l-haga oggett tal-bejgh.

Illi fil-generalita` tal-kazi dawn iz-zewgpromessi unilaterali, u relattivi accettazzjonijiet, jigu inkorporati simultanjament fil-konvenju, ub'hekk ikun hemm il-konvenju bilaterali.

Ghalkemm certament kemm il-prezz u kemm l-estensjoni ta' l-art li ghandha tinbiegh huma elementi essenzjali tal-konvenju u li l-partijiet huma fl-obbligu li jersqu ghall-kuntratt skond kif konvenut bejniethom, il-posizzjoni tax-xerrej jew kreditur hija kemmxejn differenti minn dik assunta mill-venditur. Dan ghaliex kemm-il darba l-kundizzjonijiet miftehma jinbidlu billi jsiru aktar oneruzi, ix-xerrej prospettiv ghandu dejjem id-dritt li ma jersaqx ghall-ezekuzzjoni tal-konvenju. Izda min-naha l-ohra, f'kaz li x-xerrej xorta wahda jaccetta talikundizzjonijiet, ma jidhirx li l-venditur jista' jirrifjuta milli jersaq ghall-att finali.

Fil-konvenzjonijiet de inuendo contractu japplikaw ruhhom il-principji generali tal-kuntratti; u ghalkemm huwa minnu li skond dawn il-principji l-adempiment ta' l-istess konvenzjonijiet ghandu jkun precizament konformi ghall-obbligazzjoni, u f'kaz ta' difformita` il-kreditur ghandu dritt li jirrifjuta l-adempiment taghhom eppure jitnissel di logika konsegwenza li, jekk il-kreditur ma jridx juza minn dak id-dritt, l-istess huwa padrun jagixxi diversament, ghaliex lilu biss ikun jinteressa li jaghmel hekk, in kwantu l-fakolta` tar-rifjut li jadempixxi jew le hija mhollija f'idejh, skond il-principji generali tal-kuntratti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info