Reference: 1076/1996/1

Judgement Details


Date
27/05/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
SCHEMBRI ROSARIO ET vs DEMANUELE JOSEPH
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ACTIO NEGATORJA, FUQ MIN JAQA` L-PIZ TAL-PROVA - ACTIO NEGATORJA, LIL MIN TIKKOMPETI - SERVITU`, KREAZZJONI BID-DESTINAZZJONI TA` SID TA` ZEWG FONDI - SERVITU`, LIGIJIET SPECJALI U REGOLAMENTI TAL-BINI - SERVITU`, TIEQA F`HAJT DIVIZORJU - FTUH TA` TWIEQI GODDA
Summary
L-ghan wahdieni tal-actio negatoria huwa dak li jikseb dikjarazzjoni li l-gid tal-attur mhux suggettghal servitu' favur gid ta' haddiehor, u li jitnehha dak kollu li jxejjen l-istat ta' tgawdija hielsa minn kull servitu'. Din l-azzjoni tinbena fuq il-presuppost li l-gid immobbli huwa hieles. Ghalhekk hija azzjoni ta' ghamla petitorja u tista' titressaq biss minn min hu sid tal-post u mhux minn kull min ikun jippossedih, u dan bhala effett dirett tal-fatt li l-azzjoni petitorja tirrigwarda jeddijiet reali;

Normalment ukoll, fl-azzjoni negatorja, il-piz tal-prova tal-esistenza ta' servitu' fuq il-fond tal-attur taqa' fuq il-parti mharrka, minkejja li din tkun tinsab fil-kwazi-pussesstas-servitu' pretiza. Ghalhekk, kulma ghandu jipprova l-attur f'kawza bhal din hu li huwa tassew sid il-post li fuqu qieghed jigi pretiz is-servitu'. Filwaqt li l-parti mharrka trid turi li tassewjezisti s-servitu' minnha vantat;

Huwa accettat li l-ligi ma tridx li ebda wiehed mill-girienjaghmel, f'hajt divizorju, xoghol ta' ftuh ta' twieqi jew aperturi ohrajn minghajr il-kunsens tal-gar l-iehor. Dan il-provvediment japplika ghal ftuh ta' twieqi jew fethiet li jixbhuhom, imma mhuxghal rewwihiet, u japplika wkoll f'kaz li l-hajt li fih jinfethu jkun proprjeta' esklussiva ta' dakli jiftah it-tieqa;

Fil-qasam ta' dritt dwar servitu', tali servitu' huwa meqjus bhala eccezzjoni ghall-jedd ta' proprjeta' u ghandhom jitqiesu ghalhekk b'mod restrittiv, u ghalhekk fejn hemm dubju dwar il-limiti ta' tali servitu', dan ghandu jinghata tifsira kemm jista' jkun dejqa u zgur mhux kontra l-gid serventi;

Fir-rigward ta' ftuh ta' twieqi fuq btiehi ta' haddiehor, il-ligi timxi fuq il-presunzjoni stabilita fl-artikolu 323 tal-Kodici Civili. Ghalkemm huwa minnu li, f'ghaddta' kawzi, tqanqlet il-kwestjoni spinuza ta' proprjetajiet ta' sidien differenti li jkunu fuq xulxin, xorta wahda jista' jinghad li din il-prezunzjoni ghadha meqjusa bhala punt ta' tluq. It-tnehhijata' tali presunzjoni trid tigi ippruvata kif imiss. Inghad ukoll li s-sid ta' bitha interna ghandul-proprjeta' tal-arja ta' dik il-bitha, u li ghalhekk il-ftuh ta' kull tieqa minn sid ta' xi beni sovrastanti li ma jkunx sar bi qbil ma' sid il-bitha jew li ma jkunx inghata espressament fit-titolutal-akkwist, jikkostitwixxi servitu';

Illi ghar-rigward ta' servitu' mahluqa "bid-destinazzjoni ta' sid ta' zewg fondi", il-ligi trid li jintwera (naturalment, minn min jinvoka favurih tali servitu') li s-sid qieghed jew halla l-haga fl-istat li minnu tnissel is-servitu. Kemm hu hekk, gie stabilit li s-servitu' bid-destinazzjoni ta' missier il-familja ma tohrogx mill-intenzjoni immamill-fatt, ghaliex is-servitujiet predjali, kif l-isem innifsu juri, huma assoggettazzjoni tal-proprjeta' u ghalhekk, bhala haga "in odiosis", ghalkemm utli ghall-fond dominanti, m'ghandhomx jitnissluhlief minn fatti univoci u certi. Biex dan isehh iridu jintwerew erba' (4) elementi li huma: (a)li l-post serventi u dak dominanti kienu, f'xi zmien, tal-istess sid; (b) li l-imsemmi sid qieghedjew halla l-affarijiet fl-istat li minnu tnisslet is-servitu', (c) li l-postijiet jinsabu f'idejn sidien differenti, u (d) li meta l-postijiet ikunu ghaddew ghand sidien differenti, ma jinghad xejn dwar is-servitu'. Minbarra dan, huwa stabilit ukoll li din is-servitu' tirrigwarda biss dawk is-servitujiet li huma kontinwi u dawk li jidhru. Twieqi jaqghu sewwasew taht dawn l-ghamla ta' servitu';

Ghalhekk, iz-zmien utli li wiehed irid iqis biex jara jekk tali ghamla ta' servitu' tezistix tabilhaqq huwa l-waqt meta l-postijiet ma baqghux izjed tal-istess sid, u mhux iz-zmien meta kienu ghadhom tal-istess sid. Dan igib mieghu l-effett li jekk kemm-il darba xi wahda mill-proprjetajiet kienet diga' ghaddiet ghand haddiehor u ma tkunx baqghet ghand l-istess sid, is-servitu' ma tista' qatt titqies mahluqa bid-"destinazzjoni" jew bir-rieda tal-istess sid, imma trid titqies li tkun inholqot bi qbil ta' kunsensi tas-sidien kollha koncernati, u ghalhekk il-holqien tas-servitu' ghandu jsiru jigi biss ippruvat b'att pubbliku;

Minbarra dan, huwa principju ewlieni fil-ligi dwar servitu' li kull min ghandu jedd ghal servitu' ghandu jinqeda biha b'mod tali li ma jista' jaghmel la fil-fond serventi u lanqas f'dak dominanti l-ebda tibdil li jista' jtaqqal izjed il-piz tal-fond serventi.

Anki kieku s-sid ta' zewg postijiet kien diga' applika hu ghall-permessi qabel ma l-fondi ghaddew ghand sidien differenti, lanqas dan il-fatt ma kien jghodd biex jinghad li giet stabilitas-servitu' bid-"destinazzjoni ta' sid ta' zewg fondi";

Biex wiehed iqis kif imiss l-estent ta' servitu' partikolari, m'huwiex moghti lit-titolari tas-servitu' li jippretendi tigbid jew estensjoni tal-istess servitu' skond il-htigijiet taz-zmien, ghaliex servitu' ghandha tigi mfissra b'riferenza ghaz-zmien meta tkun inholqot u mhux b'riferenza ghal zviluppi li jkunu saru wara dak iz-zmien mis-sid tal-post dominanti;

Ftit li xejn jiswa li jinghad li l-bini sar bil-ksib tal-permessi mehtiega jew li l-ftuh tat-twieqi huwa obbligatorju bil-ligijiet sanitarji, ghaliex fir-rigward ta' drittijiet privati u rejali il-ligi tipprovdi specifikatament dwar il-mod li bih gid ta' sid jista' jitghabba jew jittaqqal izjed b'servitu' favur gid ta' haddiehor. F'kaz bhal dan, il-kisba ta' permessi tal-bini hija obbligu li kull min irid jaghmel zvilupp irid iwettaq, imma qatt ma jista' jissarraf ukoll f'obbligu kontra l-gid tas-sit serventi jew il-gid ta' terzi.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info