Reference: 1262/1993/1

Judgement Details


Date
24/04/2001
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
AZZOPARDI JOHN vs ZAMMIT GEORGE NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Keywords / Summary


Keywords
KONVENJU, BEJGH TA` ARJA - INTERPRETAZZJONI - KONVENJU, ELEMENTI TA` - KONVENJU, EZEKUZZJONI TA` - KONVENJU, INTERPRETAZZJONI TA` - KUNTRATT, CAUSA ILLECITA
Summary
Biex konvenju ikun valid fil-ligi jehtieg li jkun (a) jirrispekkja il-volonta' tal-kontraenti riflessa fil-firem taghhom; (b) jikkontjeni il-weghda ta' trasferiment li tkun tifforma l-oggett ta' dak il-ftehim; (c) jidentifika dan l-oggett li kellu jigi trasferit (d) jistipula t-titolu li bih ikun gie miftiehem li kellu jsir it-trasferiment u (e) jindika l-prezz jew konsiderazzjoni miftehma li jistghu jkunu determinati jew determinabbli skond il-ftehim".

Hija bla effett kwalunkwe obbligazzjoni maghmula b' kawza illecita u l-kawza hija illecita meta hija projbita mill-ligi jew kuntrarju ghall-eghmil xieraq jew ghall-ordni pubbliku u l-konvenzjoni hija kontra l-ordni pubbliku meta hija kontra l-interess generali.

Il-kwistjoni tal-legalita' jew le tal-konvenzjoni minhabba kawza illecita tista' tigi sollevata mill-Qorti "ex officio".

Il-legislazzjoni ta' natura fiskali himinnha nfisha ta' ordni pubbliku in kwantu hu prezunt li saret fl-interess komuni.

Illi minndan johrog li skrittura li tohloq obbligazzjonijiet illeciti in kwantu jikkontemplaw sitwazzjonijiet li huma projbiti mill-ligi jew kuntrarju ghall-ordni pubbliku ma tistax titnissel minnha ebda azzjoni civili.

Konvenju li jkun jistipula l-bejgh ta` arja li kellha tigi kompletata mill-venditur in virtu` ta` kuntratt ta` appalt kontratt a favur ix-xerrej jista` jigi ezegwit nonostante li l-appalt ikun gie kompletat fil-mori tal-konvenju. Il-Qorti harset lejn l-oggett finali tal-kuntratt ta` trasferiment u ikkonkludiet li dan kien l-istess appartament komplut hekk kif kontemplat fil-konvenju u mhux l-arja.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info