Referenza: 1388/2000/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
19/05/2004
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
AMATO GAUCI VERONIQUE ET vs ZAMMIT MARCO ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ECCEZZJONIJIET, META JIGU SOLLEVATI EX UFFICIO - ECCEZZJONIJIET, META MA JISTGHUX JIGU SOLLEVATI EX UFFICIO - INTERESS GURIDIKU, IL-QORTI TISTA` TISSOLLEVA NUQQAS TA` INTERESS GURIDIKU EX UFFICIO - KOMPETENZA, ACTIO SPOLII
Fil-Qosor
Jekk in-natura ta' l-azzjoni tkun dik ta' spoll, kif inhu proprju dan il-kaz, il-Qorti Civili ta' gurisdizzjoni inferjuri ma kienetx hekk kompetenti li tiehu konjizzjoni ta' kawza bazata fuq talba konsimili. Dan proprju in vista tal-fatt illi si tratta ta' kwestjoni ta' dritt anness ma' immobili.Materja din li teccedi l-kompetenza tal-Qorti adita skond it-termini tal-Artikolu 47 (3) tal-Kodicita' Organizazzjoni u Procedura Civili. Minn dak vizwalizzat mir-ritratti esebiti jidher li l-letter box in kontestazzjoni tista', bl-adoperu tal-principju tal-accessorjeta`, titqies immobbli fit-termini ta' l-Artikolu 308 (f) tal-Kodici Civili.

Presuppost specifiku tal-azzjoni gudizzjarja -"actio nata" - hu l-interess guridiku. Dan ghaliex, kif maghruf u accettat pacifikament, ma jistaxjinghad li tezisti azzjoni minghajr interess.

Gie, imbaghad, ulterjorment spjegat illi dak li jirrigwarda l-element ta' l-attwalita` tal-interess "mhuwiex bizzejjed li l-interess ikun jezistifil-mument tal-bidu tal-kawza imma jrid ukoll jibqa' jissussisti sa l-ahhar taghha".

Evidentement dan il-kuncett hu msejjes fuq ir-ragonament illi gjaladarba d-domanda proposta f'gudizzju tridiggib lill-attur "rizultament vantagguz jew utili" hu jenhtieglu li jmantni din id-domanda mill-bidutal-iter tal-kawza sa l-ezitu taghha b'mod li jintwera minnu li l-interess jibqa' jissussisti matulid-durata shiha ta' l-azzjoni u mhux fil-bidu biss taghha. Li jfisser illi jekk l-azzjoni ma tkunxkapaci twassal ghal tali rizultat utli ghal min jipproponiha minhabba fatt sopravvenut ghall-istituzzjoni tal-kawza li jezawrixxi jew jestingwi l-interess dik l-azzjoni ma tistax tregi.

Huwa principju maghruf illi l-Imhallef civili ghandu, fl-ghoti tas-sentenza f'kawza, joqghod rigorozamentfil-limiti tal-kontestazzjoni b'mod illi waqt li hu obbligat jokkupa ruhu mill-kwestjonijiet kollhadedotti fil-gudizzju mill-partijiet, minn naha l-ohra ma jistax jitratta u jirrizolvi kwestjonijietli l-partijiet ma ssollevawx u ma ssottomettewx ghad-decizjoni tieghu, ammenokke non si tratta minnkwestjonijiet ta' ordni pubbliku li l-Imhallef hu obbligat jirrileva "ex officio".

Il-Qorti m'ghandhiex tissolleva eccezzjonijiet li m'hiex awtorizzata espressament mill-Kodici ta' Organizazzjoni u Procedura Civili jew minn konsiderazzjonijiet ta' ordni pubbliku, altrimenti kwalunkwe kwestjoni legali tkun tista' tigi sollevata mill-Qorti, prattika din mhiex rakkomandabbli li tista' twassalghal sitwazzjoni fejn il-Qorti tiddeciedi fuq l-eccezzjoni taghha stess.

Fis-sistema gudizzjarja taghna l-Qorti m'ghandhiex tissolleva eccezzjonijiet li m'hijiex awtorizzata espressament mill-Kodici ta' Organizazzjoni u Procedura Civili jew minn xi konsiderazzjoni serja ta' ordni pubbliku. Dana billi, bhala norma, il-gudikant ghandu jiddeciedi l-kawza billi joqghod fuq il-binarju tal-kontestazzjoni li jressqulu l-partijiet. Huwa r-rwol tad-difensur tal-parti u mhux tal-gudikant li jiskogita difizi u eccezzjonijiet dwar kwestjonijiet legali. Diversament il-Qorti tkun qeghda tesponi ruha ghal certi riskji ovvji meta tiddeciedi kawza fuq eccezzjoni li tissolleva hi stess, meta m'hijiex awtorizzata espressament li taghmel hekk.

Dawn l-accenni gurisprudenzjali huma aktar minn sufficjenti biex jillustraw il-punt illi mhux kull eccezzjoni tista' titqajjem 'ex officio' mill-Qorti imma dawk biss espressament prevvisti mill-Kap 12, ad exemplum l-Art 774 tieghu dwar l-inkompetenza jew fejn il-kawza tkun illecita ghax ipprojbita mil-ligi jew kuntrarja ghall-eghmil xieraq jew ghall-ordni pubbliku (Art 990 tal-Kap 16).

Issa hu veru li "l-procedura hi ligi ta' ordni pubbliku" u allura l-iprem gwardjan taghha hi l-Qorti. B'danakollu gie ammonit illi "hu abbuz tal-kliem li jinghad illi, ghaliex il-ligi ta' procedura hi ligi ta' ordni pubbliku, ergo kull eccezzjoni ta' procedura, anki stess meta jkun hemm lok ghaliha, ghandha tigi rilevata mill-Qorti "ex offico".

A prima vista illi mhux projbittiv ghall-Qorti li tissolleva hi stess il-karenza ta' l-interess fl-attur anke fil-kors tal-kawza li tkun miexja. Wiehed pero` jrid joqghod ferm attent u ma jitlefx di vista l-konsiderazzjoni illi l-kontestazzjoni hi bejn il-partijiet in kawza u allura l-Qorti ghandha tevita li tarreka pregudizzju lil xi hadd fost il-kontendenti. Dan fis-sens illi jekk il-Qorti tirrileva "sua sponte" il-mankanza jew in-nuqqas tal-interess hi ghandha mbaghad taghti l-opportunita` lil parti li taghmel is-sottomissjonijiet taghha dwarha u mhux sempliciment tqajjimha, u tiddecidiha wkoll, hi stess fil-korp tas-sentenza.

Kien jehtieg, meta gie ikkuntrastat, li jsiru l-provi dwaru (l-interess) sabiex il-Qorti tiddeciedi, a bazi tal-provi, jekk hiex sodisfatta jew le dwarl-ezistenza ta' dak l-interess, u iktar u iktar fil-kaz prezenti meta n-nuqqas ta' l-interess guridiku fl-attur appellant ma giex sollevat mill-konvenuti appellati imma mill-istess Qorti. L-ewwel Qorti, meta sarulha s-sottomissjonijiet mid-difensuri, imissha ordnat li jinstemghu l-provi dwar l-ezistenza o meno tal-interess guridiku li hija stess kienet qed tiddubita l-ezistenza taghha.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni