Referenza: 1188/2000/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
14/05/2004
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT, DEPASQUALE ANTON, MAGRI ALBERT J.
Partijiet
SAMMUT SALVATORE vs MIDDLE SEA INSURANCE PLC
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ASSIKURAZZJONI, DOVER TAL-ASSIGURAT LI JSEMMI KULL FATT LI RAGJONEVOLMENT GHANDU JHOSS LI HU RILEVANTI GHALL-ASSIKURATUR - ASSIKURAZZJONI, UBERRIMA FIDES
Fil-Qosor
Polza ta' assikurazzjoni tohloq relazzjoni bilaterali bejn il-kontraenti fejn, in konsiderazzjoni tal-hlas ta' premium mill-assikurat lis-socjeta` assikuratrici, dik l-istess socjeta` tintrabat li tindenizza lill-assikurat taghha fl-eventwalita` li dan jsofri xi telf bhala rizultat ta' event dannuzkopert bl-istess polza ta' assikurazzjoni. L-element principali f'dan it-tip ta' kuntratt huwa r-riskju, liema riskju tassumieh s-socjeta` assikuratrici. F'dan is-sens, ghalhekk, dan huwa kuntratt bilaterali b'titolu oneruz in kwantu l-kontraenti jirregolaw l-obbligazzjonijiet ta' bejniethom billi bil-hlas ta' premium da parti tal-assikurat tiskatta l-obbligazzjoni ta' indennizz da parti tas-socjeta` assikuratrici. In kwantu polza ta' assikurazzjoni hija kuntratt jehtieg li jigu sodisfati r-rekwiziti generali tal-kuntratti u cioe` li l-kontraenti jkunu kapaci jikkuntrattaw u li jaghtu l-kunsens taghhom. Inoltre l-oggetti tal-kuntratt jrid jkun determinat u lecitu.

Kif inghad hawn fuqbil-hrug tal-polza ta' assikurazzjoni s-socjeta` assikuratrici tassumi l-obbligu li tindenizza lill-assikurat taghha ghall-event futur dannuz. Din l-obbligazzjoni ghalhekk hija wahda kazwali billi taghmel l-obbligazzjoni tiddipendi minn grajja ta' bla hsieb li ma tkunx fis-setgha la tad-debitur u lanqas tal-kreditur (Art. 1053 (I), Kodici Civili). Minhabba l-incertezza insita f'dan il-kuntratt huwa mehtieg grad gholi ta' bona fede u partikolarment da parti ta' min ikun talab l-hrug tal-polza. Dana billi b'dak il-mod biss is-socjeta` assikuratrici tista' issir konsapevoli mic-cirkostanzi kollha insiti fir-riskju sabiex tghazel li tiehu dak ir-riskju kif ukoll tistabilixxi "premium" adegwat.Din il-bona fede li tiddistingwi dan il-kuntratt bhala wiehed ta' uberrima fides hija mehtiega f'kull tip ta' polza ta' assikurazzjoni.

Il-prova ta' x'kien taghmel l-assigurazzjoni kieku kienet taf bil-fatturi li ma jkunux gew disclosed, hi rrelevanti u zbaljata. Hawn il-kwistjoni hija jekk l-attur kienx responsabbli ta' "non disclosure", fatt dan li rrizulta ampjament mill-provi, u liema fatt jaghti d-dritt lill-assikurazzjoni li ma tonorax l-obbligi assunti minnha bil-polza ta' assikurazzjoni. Isegwi li huwa rrelevanti jekk l-assikurazzjoni kienet jew ma kinitx taccetta li tohrog il-polza u dan billi fl-ewwel ipotezi l-assikurazzjoni kienet tkun obbligata li thallasin kwantu tkun assumiet ir-riskju bil-konoxxenza tal-fatti kollha, u fit-tieni ipotezi din il-kawzaqatt ma setghet issir billi ma kienx jkun hemm polza.

In-nuqqas ta' investigazzjonijiet ma jnaqqas xejn mill-oneru tal-assigurat li, fil-mument li mela l-proposal form, jghati l-informazzjoni kollha mehtiega. Mill-banda l-ohra l-assikurazzjoni hija gustifikata li toqghod fuq dak li jigi dikjarat lilha fil-proposal form in kwantu l-assikurat jaghti garanzija li dak li qal huwa l-verita`.

Il-kancellazzjoni tal-polza hawn mhix mehtiega ghaliex hawn mhux si tratta ta' claim ta' terzipersuni kif kontemplat fil-Kap 104 tal-Ligijiet ta' Malta fejn l-istess Ordinanza timponi terminu fuq l-assikurazzjoni biex tistiwtixxi proceduri biex tannulla l-kuntratt u ma thallasx lit-terz, izdahawn l-assikurazzjoni qed tipprevalixxi ruhha mid-dritt taghha li ma tonorax l-obbligi assunti vis-a-vis l-assikurat taghha nnifsu stante li dan kiser il-kondizzjonijiet ghall-hrug ta' l-istess polza.F'dan is-sens is-sottomissjonijiet fir-risposta ta' l-attur appellat dwar il-fatt li l-polza ghadhain vigore u dwar rexxissjoni ta' kuntratti huma irrilevanti.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni