Reference: 541/1993/1

Judgement Details


Date
06/05/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MALLIA TONIO
Parties
BUHAGIAR JOSEPH ET vs MICALLEF GEORGE ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
SERVITU`, DRITT JISTA` JIGI KOSTITWIT BISS MIS-SID TAL-FOND SERVJENTI - SERVITU`, LIGIJIET SPECJALI U REGOLAMENTI TAL-BINI - UZU, KIF JISTA` JIGI AKKWISTAT
Summary
Id-dritt ta' uzu ta' bejt huwa servitu' mhux kontinwu, kif inhu s-servitu' ta' moghdija, u dan peress li ghall-ezercizzju tieghu hu mehtieg filwaqt il-fatt tal-bniedem (artikolu 455(3) tal-Kodici civili), u jista' jinghad ukoll li hu servitu' li ma jidhirx, peress li m'ghandux sinjali li jidhru ta'l-ezistenza tieghu (artikolu 455(5) tal-Kodici Civili). Bhala servitu' mhux kontinwu u li ma jidhirx, l-istess servitu' jista jigi akkwistat biss b'sahha ta' titolu, u ma jistax jigi stabbilit bil-preskrizzjoni jew bid-destinazzjoni ta' sid ta' zewg fondi (artikolu 469(1) tal-Kodici Civili). Dan ifisser li l-atturi jridu juru titolu validu ghall-akkwist ta' dak is-servitu, u dan it-titolu ta' uzuta' bejt irid jirrizulta derivattiv mill-proprjetarju ta' dak il-bejt, ghax huma biss is-sidien tal-proprjeta' li jistghu jistabilixxu servitujiet (artikolu 454 Kodici Civili).

Id-dritt ta' servitu' jrid jinholoq mis-sid, u jekk is-sid ma jkunx parti fuq dak il-kuntratt, dak l-stess kuntrattikun res inter alios acta fil-konfront ta' l-awturi tal-konvenuti, sidien tal-bejt in kwistjoni.

Billi wiehed jakkwista fond bhala li jgawdi dritt ta' passagg fuq fond kontigwu, ebda prova ma tidderiva favur tieghu mill-att ta l-akkwisit, ghaliex id-dikjarazzjoni tal-venditur fis-sens illi l-fond minnu trasferit igawdi dritt ta' passagg fuq fond kontigwu, ma tiswa xejn bhala titolu li tirrikjedi l-Ligi, jekk is-sid tal-fond pretiz serventi ma jkun ha ebda parti f'dak l-att.

Jekk nonostante dak li l-partijiet jiftiehmu f'kuntratt, il-ligi ma tippermettix dak li jigi pattwit, dikl-obbligazzjoni ma tistax tidhol fis-sehh u dana minhabba att amministrattiv li hi ekwivalenti ghall-forza maggura. Kwindi is-sid, la darba bhala sid ta' l-arja tal-blokk, irriserva d-dritt li jibni sular iehor, u la darba l-permess ghas-sular il-gdid seta' jinhareg biss u fil-fatt kien ta' 'penthouse', u mhux permess bil-ligi u r-regolamenti ta' l-Ippjannar uzu permanenti ta' bejt ta' 'penthouse', ma jistax jinstab responsabbli talli mhux qed jippermetti lill-atturi juzaw il-bejt tal-'penthouse', ghax bhala fatt, mhux il-konvenuti qed icahhdu lill-atturi minn dan l-uzu, imma l-ligi u r-regolamenti ta' l-Ippjanar.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info