Referenza: 35/2004

Dettalji tas-Sentenza


Data
23/04/2004
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT
Partijiet
IL-PULIZIJA vs MUSCAT JOHN
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ARMI TAN-NAR, KUSTODJA TA`
Fil-Qosor
L-Artikolu 8(1) tal-Kap. 66 jipprovdi illi:

Kull min ikollu licenza biex izomm jew biex ikollu fidejh jew fuqu armi tan-nar jew munizzjon, ghandu jzommhom fil-kustodja tieghu b'mod li ma jkunuxjistghu jigu f'idejn haddiehor.

L-iskop ta' din id-disposizzjoni huwa sabiex jigi assiguratli kull min ghandu licenzja "to keep" jew "to carry" jiehu dawk il-mizuri kollha ragonevoli sabiex l-arma (jew munizzjon) li ghandu jew li jkun qed igorr ma tigix accidentalment f'idejn persuna ohra,kif ukoll li ma tinghatax biex tinzamm jew tingarr minn persuna li m'ghandhiex licenzja "to keep" jew "to carry" (skond il-kaz) dik l-arma jew dak il-munizzjon.

Il-ligi ma tezigix li armi simili jew munizzjon ghandhom jinzammu f'xi post partikolari fid-dar, jew li jkunu taht xi forma ta' sokor partikolari. Dak li wiehed irid jistaqsi hu jekk f'xi hin partkolari jistax jinghad li kienu fis-sehh mizuri ragonevoli biex jassiguraw li l-armi u l-munizzjon ma jigux f'idejn terzi li ma kellhomxpermess ikollhom tali oggetti.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni