Reference: 1275/1998/1

Judgement Details


Date
15/04/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
SCICLUNA EDWIN ET vs FOGG LIMITED PRO ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Keywords / Summary


Keywords
ASSIKURAZZJONI, APPLIKAZZJONI TA` UBERRIMA FIDES KEMM GHALL-ASSIKURAT KIF UKOLL GHALL-ASSIKURAZZJONI - ASSIKURAZZJONI, ESKLUZJONI TA` MALICIOUS DAMAGE
Summary
Huwa accettat bhala principju ewlieni ta' dritt, li l-qofol tal-kuntratt ta' assikurazzjoni huwa dakli jhares lill-assikurat mir-riskji ta' grajjiet mhux mahsuba li jsehhu bi hsara ghall-istess assikurat. Ghalhekk, minn dan tohrog ir-regola generali li mhux rilevanti jekk it-telfa titnissel mit-traskuragni tal-assikurat (sakemm il-polza ma tkunx espressament rabtet lill-assikurat bl-obbligu tal-kura ragonevoli), imma l-assikurazzjoni ma tkoprix hsara li l-assikurat igib b'idejh u ghax irid hu. Kemm hu hekk inghad li "the general rule excludes only losses caused deliberately by the insuredhimself. The fact that his wife or employee, for example, intentionally destroys property he has insured does not prevent the insured who is not a party to the act from recovering". Wara kollox, ghamil bir-rieda ta' terza persuna jista' jkun ghal kollox accidentali ghall-vittma ta' dak l-ghamil jew ghall-assikurat innifsu;

Huwa maghruf ukoll bhala principju ta' dritt li l-kuntratti kollha, maghdud maghhom dak tal-assikurazzjoni, ghandhom jitwettqu in bona fide mill-partijiet kollha fihom. Fost l-effetti ta' din ir-regola wiehed isib li tifsira in bona fide ta' polza ta' assikurazzjoni ma tistax twassal ghal eskluzjonijiet x'aktarx imgebbda u artificjali;

Wahda mir-regoli stabiliti tat-tifsir tal-kuntratti tal-assikurazzjoni tipprovdi wkoll li, f'kaz li frazi f'polza ta' assikurazzjoni tkun tista' titfisser f'izjed minn mod wiehed jew hija ambigwa, dik il-frazi ghandha titfisser contra proferentem, jigifieri kontra dik il-parti li fasslitha u favur il-parti l-ohra. Fir-rejalta' tal-kuntratt ta' assikurazzjoni, dan ifisser li, x'aktarx iva milli le, it-tifsira li tinghata trid tkun favur il-parti assikurata, ladarba l-kuntratt jitfassal u jithejja mill-assikuratur biss;

Din kienet kawza bejn assikurat u l-kumpannija ta' l-assikurazzjoni tieghu ghar-rizarciment ta' danni sostnuti fil-vettura ta' l-assikurat li kienet inharqet minn terzi meta kienet kopertab'polza "third party full fire & theft". Il-kumpannija ta' l-assikurazzjoni konvenuta ipprovat tinheles mill-obbligi taghha taht il-polza billi argumentat illi l-polza kienet teskludi "malicious damage".

Il-Qorti qieset li kien difficli biex wiehed jifhem kif is-serqa wahedha kienet tikkostitwixxi riskju assikurat taht il-polza, izda l-istess serqa akkumpanjata bit-tkebbis ta' nar (jew hsara ohra doluza) fl-istess karozza titqies bhala riskju eccettwat. Il-frazi "malicious damage is deemed to be excluded" ma tinkludix xi hsara (maghdud maghha l-ghoti tan-nar) li tigri mill-ghamil ta' terzi, imma tghodd biss ghall-ghamil doluz tal-assikurat innifsu. Li wiehed jaghti tifsira mod iehorghal dik il-frazi jkun x'aktarx qieghed igib fix-xejn l-effetti tal-polza kull darba li karozza tinsteraq: ghaliex tista' tghid li kull serqa ta' vettura tkun akkumpanjata b'xi ghamla ta' hsara kawzata minn min ikun seraqha (imqar jekk biex jisgassaha jew biex jiehu xi partijiet minnha jew jekk jahbat biha hu u jsuqha).




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info