Reference: 1699/1995/1

Judgement Details


Date
21/04/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
HERRERA JOSE' DR. vs DEBATTISTA GAETANO
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
DANNI, EX CONTRACTU - ECCEZZJONIJIET, ELEMENTI TAL-ECCEZZJONI INADEMPLENTI NON EST ADEMPLENTUM - KUNTRATT, INADEMPJENZA KONTRATTWALI - KUNTRATT, INADEMPLENTI NON EST ADEMPLENTUM - KUNTRATT, NECESSITA` TA` DIKJARAZZJONI GUDIZZJARJA GHAL-HALL TA` - KUNTRATT, RIMEDJI DISPONIBBLI F`KAZ TA` INADEMPJENZA
Summary
Kif jinghad fl-Artikolu 992 (1) tal-Kodici Civili, "il-kuntratti maghmula skond il-ligi ghandhom sahha ta' ligi ghal dawk li jkunu ghamluhom". Din l-espressjoni tesprimi enfatikament il-kuncett illil-kuntratt, kemm ghal dik li hi modifikazzjoni tieghu, l-obbligazzjonijiet reciproci u r-rizoluzzjoni tieghu, ma jistax jigi alterat jew rizolut bil-volonta` unilaterali ta' xi parti fost il-kontraenti. Fi kliem iehor f' dan it-tip ta' kuntratt hadd mill-partijiet ma seta' jaqbad u jirrizolvih ad nutum u b' mod unilaterali, kif hekk insibu, ad exemplum, fil-kaz tal-kommittent taht il-kuntratt ta'appalt a norma ta' l-Artikolu 1640 (1) tal-Kodici Civili;

A propozitu, jissokta jinghad fis-subinciz (2) ghall-imsemmi Artikolu 992 tal-Kapitolu 16 illi "l-kuntratti ma jistghux jigu mhassra hlief bil-kunsens ta' xulxin tal-partijiet, jew ghal ragunijiet maghrufin mil-ligi".

Fost ir-ragunijiet preveduti mil-ligi ghar-rizoluzzjoni tal-kuntratti hemm il-kondizzjoni rizoluttiva tacitafil-kaz li wahda mill-partijiet tkun inadempjenti (Artikolu 1068 tal-Kodici Civili) ... Hemm bzonn illi l-inadempiment ikun gravi u proporzjonat ghall-konsegwenzi derivanti mir-rizoluzzjoni.

L-eccezzjoni "inadempleti contractus" tista' tigi sollevata b'mod generali fil-kuntratti sinallagmatici kollha, u indipendentement mir-rizoluzzjoni tal-kuntratt, jissokta jirrileva illi "ir-rekwiziti biex din l-eccezzjoni tirnexxi huma (I) l-inadempjenza ta' l-attur tkun tolqot xi obbligu tieghu li jkun parti ntegrali mill-ftehim (ii) l-inadempjenza trid tkun verament imputabbli lill-attur u (III) irid ikun hemm proporzjonalita` bejn l-inadempjenza tal-partijiet.

Hu principju tal-ligi li l-kolpa ta' l-inadempiment hi prezunta. Dan a sensu ta' l-Artikolu 1125 tal-Kodici Civili. L-Artikolu 831 ta' l-Ordinanza VII ta' l-1868 (illum l-Artikolu 1125 tal-Kapitolu 16) jistabbilixxi principjugenerali applikabbli ghal kull xorta ta' obbligazzjonijiet u jaghti azzjoni ta' danni kontra min jonqos u jikser l-obbligazzjonijiet li jkun refa' fuq spallejh";

B' mod generali wkoll id-dannijikkonfiguraw ruhhom fit-telf li l-kreditur ikun bata u l-qligh li jkun gie mtellef (Artikolu 1153). Naturalment, eliminat il-fatt ta' l-ghemil doluz, "id-debitur hu obbligat biss ghal dawk id-dannili basar jew li wiehed seta' jobsor fiz-zmien ta' l-obbligazzjoni." (Artikolu 1136);




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info