Referenza: 342/1982/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
16/04/2004
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT, CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Partijiet
GALEA NAZZARENO vs BRIFFA GIUSEPPI
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ATT DWAR ID-DJAR, EFFETTI TA` ORDNI TA` REKWIZIZZJONI - REKWIZIZZJONI TA` FOND, EFFETTI TA` - REKWIZIZZJONI TA` FOND, KAP. 158 TAL-LIGIJIET TA` MALTA MHUX ESKLUZ MINN - REKWIZIZZJONI TA` FOND, TALBA GHAL ZGUMBRAMENT DA PARTI TAS-SID
Fil-Qosor
Ir-rekwizizzjoni ghandha bhala effett li tispossessa lir-'requisitionee'; b'mod li minn mindu ssir,u sakemm tibqa' ssehh, il-pussess tal-fond u d-disponibbilita` tieghu ma humiex aktar f'idejh, izdaf'idejn l-amministrazzjoni; bil-konsegwenza illi s-sid hekk spossessat, pro tempore, ma ghandux l-ezercizzju jew l-amministrazzjoni libera tal-jeddijiet dwar l-okkupazzjoni tal-fond u in sostanza mhuxpersuna kapaci li toqghod in gudizzju dwarhom;

Talba ghall-izgumbrament ma setghetx tigi milqugha meta r-rekwizizzjoni kienet ghadha ssehh.

Ma jidher li hemm ebda disposizzjoni fil-Kap.125, Att dwar id-Djar, fis-sens li fejn hemm vigenti ordni ta' rekwizizzjoni, l-Artikolu 12 tal-Kap. 158 ma japplikax. U jekk qatt kien hemm xi dubbju - li ma jidhirx li hemm - l-Artikolu 12 tal-Kap. 158 jispecifika kjarament li d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 12 japplikaw taht it-termini segwenti, u cioe`, "12(1) Minkejja kull haga li tinsab fil-Kodici Civili jew f'xi ligi ohra, id-disposizzjonijiet li gejjin ta' dan l-Artikolu ghandu jkollhom effett dwar il-kuntratti kollha ta' enfitewsitemporanja li jkunu saru fi kwalunkwe zmien."




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni