Reference: 2479/1996/1

Judgement Details


Date
16/04/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Parties
GRECH ALFRED vs GRECH PAULINE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
MANTENIMENT, JURE ACTIONIS - MANTENIMENT, NEMO AD IMPOSSIBILIA TENETUR - MANTENIMENT, OFFICIO JUDICIS VEL LEGIS - MANTENIMENT, VARJAZZJONI TA` MANTENIMENT BONARJAMENT KONVENUT
Summary
Huwa minnu li l-ligi civili taghna ma toqghodx tiddistingwi bejn manteniment impost jew ordnat mill-Qorti minn iehor pattwit bejn il-konjugi nfushom ghall-fini ta' varjazzjoni. Imma l-appellant messujaf ukoll li fejn si tratta ta' ftehim per via ta' kuntratt ghandu wkoll jghodd fermament il-principju ta' pacta sunt servanda. Il-Qrati taghna, minkejja li fil-bidu jirrizulta li addottaw posizzjoni rigida, anzi wahda inflessibbli, meta gew rinfaccjati b'talbiet ghal revizjoni u/jew varjazzjoni ta' retti alimentari li jkunu gew miftehma bejn il-konjugi stess, mal-milja taz-zmien hassew in-necessita` li fl-interess ta' l-ordni pubbliku, li hu suprem u aqwa minn kull ligi jew ftehim bejn il-partijiet, kellhom jikkoncedu illi taht certi cirkostanzi li gew ikkwalifikati bhala ta' natura gravi,eccezzjonali jew indipendenti mill-volonta` ta' l-attur li gabuh fl-impossibilita` li jhallas r-retta alimentari, allura f'kazi simili jista' jkun hemm lok ghal varjazzjoni.

Din il-linja flessibbli fil-kazi propizji hija wahda ferm gusta mill-posizzjoni addottata qabel. Effettivament hemm, u mhux ma hemmx, differenza bejn manteniment ordnat mill-Qorti "ope legis" minn iehor miftiehem volontarjament mill-konjugi stess. Fit-tieni kaz, wiehed ghandu jipprezumi li trattandosi hawn ta' ftehim ta' separazzjoni bonarja u mhux ko-atta jew forzata, li l-partijiet ftehmu fl-ahjar interess taghhom it-tnejn.

Min-naha l-ohra pero`, ghandu jinghad illi sakemm dan il-ftehim ma jigix impunjat, ma hemm assolutament l-ebda raguni l-ghala l-Qorti ghandha tqisu bhala wiehed vizzjat u l-attur lanqas ma jista' jippretendi li jiehu xi vantagg billi ex admissis jistqarr li mexa' (jekk inhuwatassew hekk) b'mod irresponsabbli.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info