Referenza: 187/1994/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
16/04/2004
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT, DEPASQUALE ANTON, MAGRI ALBERT J.
Partijiet
FAVA LOUIS vs ATTARD MONTALTO PHILIP AV
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
SENSERIJA, DRITT GHAL KUMPENS GHAL SERVIGI REZI META MA JKUNX HEMM L-ELEMENTI TAS-SENSERIJA - SENSERIJA, DRITT GHALL-HLAS TA` - SENSERIJA, ELEMENTI TA`
Fil-Qosor
Sabiex persuna tkun intitolata ghas-senserija jrid jirrizulta li:-

a) l-intromissjoni tal-medjatur tkun accettata miz-zewg nahat, anke tacitament; u
b) illi bhala rizultat ta' l-opera tal-medjatur isir il-ftehim bejn il-partijiet.

Biex persuna tkun intitolata titlob senserija, prossenetiku, jehtieg, fost affarijiet ohra, li l-intromissjoni taghha tkun giet rikjesta, jew almenu accettata, sija pure tacitament, miz-zewg kontraenti; jigifieri hemm bzonn li l-partijiet ikunu nkarikaw, jew almenu accettaw, is-sensal bhala tali. Meta ma jirrikorrux l-elementi tas-senserija, allural-persuna li tkun intromettiet ruhha b'inkarigu ta' wahda mill-partijiet, tista' jkollha jedd ghall-kumpens bhala lokatrici d'opera. Ghaldaqstant ma jistax ikun hemm lok la ghal senserija u lanqas ghal kumpens bhala mandatarju retribwibili, meta ma jkunx hemm inkariku jew accettazzjoni tas-servigi.

Biex ikun hemm dritt ghall-prossenetiku hemm bzonn li l-medjatur ikun adopera ruhu b'mod li jkun laqqa' l-kunsens tal-partijiet dwar is-sostanzjali u l-accidentali tal-kuntratt.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni