Referenza: 1178/1996/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
16/04/2004
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT, CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Partijiet
GALEA CARMELO ET vs VELLA GUIDO ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
KONVENJU, MHUX MEHTIEG LI L-ITTRA UFFICJALI MIBGHUTA AI TERMINI TAL-ARTIKOLU 1357(2) TAL-KAP. 16 TIGI NOTIFIKATA - NOTIFIKA, VALIDITA` TA` - ZBALL FL-INDIKAZZJONI TAL-PERSUNA LI TRID TIGI NOTIFIKATA
Fil-Qosor
Huma l-persuni li jakkwistaw drittijiet u ghandhom obbligazzjonijiet u li l-ismijiet u l-kunjomijiet iservu biex il-persuni jigu identifikati u distinti minn persuni ohra.

Hawnhekk gie ritenutli minkejja li att gudizzjarju kien fih indikazzjoni zbaljata ta' isem persuna in-notifika saret lil dik il-persuna stess minkejja l-izball.

Iz-zminijiet stipulati fis-sub-artikolu 2 ta' l-Artikolu 1357 huwa perijodu ta' dekadenza. Illi pero`, il-weghda ma tispiccax jekk l-accettant jipprezenta att gudizzjarju qabel ma jaghlaq iz-zmien u citazzjoni sussegwenti jekk ma jkunx sar il-kuntratt fi zmien it-tletin gurnata minn meta jaghlaq iz-zmien. Il-kwistjoni tan-notifika ta' l-att gudizzjarju qabel ma tigi pprezentata c-citazzjoni tigi li hija rilevanti ghalhekk biss ghall-kap ta' l-ispejjez. Fin-nuqqas ta' notifika bl-att gudizzjarju, il-konvenut ikollu kull dritt jilmenta illi l-ispejjez tal-kawza ghandhom ikunu a karigu ta' l-attur. Huwa zgur, pero`, illi dan in-nuqqas ma jwassalx biex ikun jista' jirtira minn obbligazzjoni minnu assunta u li kellha tigi konkluza anke qabelma gie pprezentat l-att gudizzjarju fit-terminu tal-konvenju.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni