Reference: 2287/2000/1

Judgement Details


Date
02/04/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MALLIA TONIO
Parties
S.G. SOUTH LIMITED vs SCICLUNA JOSEPH ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
KUNTRATT, NECESSITA` TAL-FIRMA TAL-KONTRAENTI KOLLHA - MANDAT, META L-MANDATARJU MA JKUNX INFORMAT BIR-REVOKA - SENSERIJA, DRITT GHAL KUMPENS GHAL SERVIGI REZI META MA JKUNX HEMM L-ELEMENTI TAS-SENSERIJA - SENSERIJA, DRITT GHALL-HLAS TA` - SENSERIJA, ELEMENTI TA` - SENSERIJA, META L-KUNTRATT ISIR INDIPENDENTEMENT MIS-SENSAL
Summary
Ghalkemm il-mandat huwa wiehed minn dawk il-kuntratti li ecezzjonalment jista' jigi terminat unilateralment bit-tnehhija tal-prokura (artikolu 1886 (1) tal-Kodici Civili), il-mandat jibqa' kuntratt bilaterali, u biex jinhall hemm bzonn li d-decizjoni ghat-tnehhija tal-mandat tigi kkomunikata lill-mandatarju. Il-mandatarju li, in buona fede, jibqa' jesegwixxi il-mandat li kellu ghax ma jkunx gie mgharraf mill-mandant li l-prokura giet irtirata, jibqa' xorta wahda bid-dritt li jithallas dak li hudovut lilu skond il-ftehim ta' agenzija.

Il-firem fuq skrittura privata mhux mehtieg, bil-ligi, li jkunu awtentikati minn xhud, pero', irid jirrizulta, ta' min hija l-firma u l-veracita' taghha. Ghall-validita' ta' skrittura, il-ligi trid li jkun hemm zewg firem, li mhux bilfors jinghataw kontestwalment, imma jridu jkunu fuq l-istess dokument, u jekk id-dokument ikollu firma nieqsa (peressli ma jistax jigi identifikat il-persuna l-ohra li allegatament iffirmat dak id-dokument), dak id-dokument ma jkunx jiswa bhala skrittura privata.

L-iskop principali ta' kwalunkwe persuna sabiex takkwista d-dritt ta' medjazzjoni huwa dak li tlaqqa' l-kunsensi tal-partijiet interessati fl-operazzjoni wara ili jiehu sehem attiv u intelligenti fil-progettata u proposta konvenzjoni. Ghall-akkwist tas-senserija, is-sensar irid jara li permezz teighu hu jlaqqa l-partijiet interessati fuq dawk l-elementi ta' l-operazzjoni, klassikament imsejjha "is-sostanzjali u l-accidentali" tal-kuntratt. Fejn tonqos din l-operazzjoni, u allura d-dritt tas-senserija ma jkunx dovut, ikun hemm lok ghal kumpens f'kaz ta' inkariku espress jew tacitu u xi xoghol li jkun ghamel il-medjatur. Meta ma jkunx torttas-sensar li ma jsirx ftehim, jew dan jisfratta, huwa xorta wahda ghandu dejjem dritt ghal kumpensin bazi tal-mandat jew lokazzjoni d'opera, fissabbli fid-diskrezzjoni tal-Qorti skond ic-cirkustanzikollha tal-kaz. L-ammont ta' kumpens hekk likwidabbli jista' f'certi kazi partikolari jasal wkoll ghall-ekwivalenza mas-somma li kienet tkun dovuta bhala senserija vera u proprja. Ma jirrikorrux l-elementi tas-senserija izda ta' semplici locatio operarum meta l-persuna tkun intromuviet ruhha b'inkarigu ta' wahda biss mill-partijiet.

Hawnhekk ghalkemm in-negozju inizjat mis-socjeta' attricisfratta, l-istess negozju gie fil-fatt konkluz ftit ta' xhur wara fuq l-istess kondizzjonijiet li dwarhom kien sar qbil originarjament bejn il-partijiet bl-intervent tas-socjeta' attrici. Is-socjeta' attrici ma kienetx involuta fl-eventwali bejgh peress li l-vendituri iddecidew unilateralment li "m'ghadhomx jahdmu" mas-socjeta' attrici, u kwindi ma infurmawhiex li n-negozju li kien sfratta erba'xhur qabel, kien fil-fatt sejjer isehh. Kif inghad, il-mandant jista' jnehhi l-mandat kull meta jrid, izda ma jistax jipprova jevita li jikkumpensa l-mandatorju billi jghid li dak li beda l-mandatorju gie komplut minnu wara t-terminazzjoni tal-mandat. Kif jinghad fl-artikolu 1881 (1) tal-Kodici Civili, il-mandant ghandu jikkumpensa lill-mandatorju tax-xoghol tieghu jekk ikun wieghdu dan il-kumpens, "jew jekk dan il-kumpens ghandu jitqies li gie miftiehem tacitament minhabba l-professjoni tal-mandatorju w cirkostanzi ohra."

L-intervent tas-socjeta' attrici f'din il-kaz wasal, tista' tghid, ghall-ftehim fuq dak kollu li kellhom jifitehmu l-partijiet biex ikun jista' jsir in-negozju, ukwindi, l-Qorti irritjeniet li dan il-kumpens, fic-cirkostanzi, ghandu jasal biex ikun ekwivalenti ghas-somma li kienet tkun dovuta bhala senserija vera u proprja.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info