Reference: 6/2003

Judgement Details


Date
24/03/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
ANDERSON ALEC vs ASP MANAGEMENT SERVICES LIMITED
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ATT DWAR L-IMPJIEGI U R-RELAZZJONIJIET INDUSTRIJALI, PROCEDURI QUDDIEM IT-TRIBUNAL INDUSTRIJALI MIBDIJA QABEL ID-DHUL FIS-SEHH TA`
Summary
Skond l-Avviz legali 425 ta' l-2002 mitbugh fil-Gazzetta tal-Gvern fil-harga supplimentari tal-31 ta' Dicembru 2002 jinghad inter alia illi bis-sahha tas-setghat konferiti bl-Artikolu 1(2) ta' l-Att ta' l-2002 dwar l-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali, il-Vici Priministru u Ministru ghall-Politika Socjali stabbilixxa s-27 ta' Dicembru 2002 bhala d-data tad-dhul fis-sehh tad-disposizzjonijietli baqa' ta' l-istess Att. Gja qabel l-imsemmi Avviz legali, permezz ta' Avviz legali precedenti Numru 362 ta' l-2002 kienu gew in vigore l-Artikoli 2 u 3 tal-precitat Att.

Jigi notat pero` illi l-Avviz Legali Numru 425 jaghmel rizerva fil-kaz ta' l-Artikolu 86 tal-Att principali billi jsalva d-disposizzjoni ta' l-Art 18 ta' l-Att li Jirregola l-Kondizzjonijiet ta' l-Impjiegi. Aktar fundamentali ghal kaz in diskussjoni hu dak li l-istess Avviz Legali jsalva wkoll id-disposizzjonijiet ta' l-Att dwar ir-Relazzjonijiet Industrijali "fejn ghandu x'jaqsam mal-kazijiet kollha li kienu pendenti minnufih qabel dik id-data (27 ta' Dicembru 2002) quddiem it-Tribunal Industrijali kif kostitwit bl-istess Att dwar ir-Relazzjonijiet Industrijali li ghandhom jibqghu regolati bl-Att dwar ir-Relazzjonijiet Industrijali kif fis-sehh minnufih qabel dik id-data".

L-Att gdid dwar l-Impjiegiu r-Relazzjonijiet Industrijali (Kap. 452), li bis-sahha tieghu sar l-Avviz Legali msemmi, eskludal-principju tar-retroattivita` tad-disposizzjonijiet tieghu, u allura wkoll l-Artikolu 82(3), ghal kazijiet li kienu gja pendenti quddiem it-Tribunal qabel is-27 ta' Dicembru 2002;




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info