Referenza: 5/2000/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
24/03/2004
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
LAFERLA MARY ET vs GRIXTI FRANK
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
LOKAZZJONI, PROVA TAL-BZONN TAS-SID - LOKAZZJONI, RIPREZA MINHABBA BZONN TAS-SID - GARAGE - LOKAZZJONI, RIPREZA MINHABBA BZONN TAS-SID - KUNCETT TA` BZONN
Fil-Qosor
In linea generali 'garage' huwa wkoll protett mil-ligi specjali fil-Kap 69. Infatti skond din il-ligi l-protezzjoni hi akkordata ghal kull "premises' definita din il-kelma bhala "any urban immovableproperty".

Dan premess pero` ma jfisserx illi garage ad uzu domestiku ghal karozza privata jgawdi dik il-protezzjoni specjali li jgawdi hanut fit-termini tal-Kap 69.

Fuq l-istregwa konkordi ta' bosta decizjonijiet 'in subjecta materja', "trattandosi ta' garage u mhux ta' post ghall-abitazzjoni ghandu jigi osservat li dejjem gie sostnut minn din il-Qorti li l-limitazzjoni mposta mil-ligi ghad-dritt tal-preferenza tas-sid fl-artikolu 9 (b) tal-Kap 69 mhix applikabbli u f'kaz ta' garage ghandha tapplika biss l-ewwel parti tal-artikolu 9(b) cjoe dik il-parti li tghid "jekk sid il-kera jkun irid il-fond (barra minn hanut) ghalih innifsu jew ghall-axxendent jew dixxendent tieghu mid-demm jew bi zwieg, jew ghal huh jew ghal ohtu.", billi l-kliem li jigi wara din il-parti citata u ligew introdotti bl-ordinanza XXI tal-1942, bil-limitazzjonijiet hemm kontenuti, huma applikabbli biss ghal kazi ta' djar ta' abitazzjoni.

Dan ifisser illi fil-kaz ta' garage l-ligi hi anqas rigoruza milli fil-kaz ta' dar ta' abitazzjoni u certament anqas protettiva milli fil-kaz ta' hanut. F'kaz bhal dan il-minimu li l-ligi tirrikjedi hu li s-sid jipprova li ghandu bzonn il-garage ghal xiuzu tieghu. "Bzonn li ghandu iva bhala fatt jirrizulta, li ma jkunx ivvintat jew kapriccjuz imma lima hux mehtieg li jkun relatat ma' xi kriterju partikolari. Infatti ma japplikawx ghal kiri ta' garaxx ghall-uzu domestiku konsiderazzjonijiet ta' hardship u l-paragun bejn it-tbatija tas-sid jekk ma jirriprendiex il-pussess tal-fond u dik tal-inkwilin jekk jigi zgumbrat ma jregix f'dawn il-kazijiet".

Biex ir-rikorrenti jirnexxilhom jirriprendu l-pussess tal-fond mikri kien jenhtiegilhomjipprovaw grad ragonevoli ta' bzonn u mhux is-semplici xewqa jew preferenza.

Il-piz tal-provata' dan il-bzonn hu fuq is-sid li jehtieg juri li hu qed jagixxi in buona fede.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni