Referenza: 824/2000/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
24/03/2004
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
CARUANA MARIA vs SPITERI BENEDICT ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
PRESKRIZZJONI, TOLLERANZA - PUSSESS, TOLLERANZA - TOLLERANZA, ELEMENTI TA`
Fil-Qosor
Min igawdi b'tolleranza m'ghandu ebda titolu, hlief kunsens tal-proprjetarju li jista' jigi rtirat f'kull mumen.

Certament, imbaghad, kif sancit fl-Artikolu 526 tal-Kodici Civili, "dawk l-attili huma biss fakultattivi jew li jithallew li jsiru biss bil-bona grazzja ma jistghux jiswew ta' bazi ghall-ksib tal-pussess".

Huwa ovvju illi din in-norma tal-ligi hi fondata fuq il-principjuilli l-kortesija u l-bona grazzja ta' min ikun ikkonceda l-haga bi pjacir ma jkunx ta' dannu ghalihda parte ta' min ikun irid japprofitta ruhu billi jivvanta drittijiet proprji fuq il-haga. Ghax kifinhu insenjat "it-tolleranza ma tattribwixxi ebda dritt lill-parti wahda; u ebda obbligu konsegwenti u korrispettiv lill-parti ohra u min igawdi minnha ma jkunx qed igawdi bi dritt, ghaliex in-naturataghha ma taqbelx mar-rabta legali li tnissel maghha n-necessita` ta' l-adempiment".

In vista tal-fatt illi min jezercita poter ta' fatt fuq il-haga huwa prezunt possessur, jispetta lil min jikkontesta dan il-pussess li jipprova li l-pussess hekk vantat jidderivi minn att ta' tolleranza. Dan ghaliex, kif drabi ohra osservat, "it-tolleranza ma ghandhiex tigi prezunta u ghandha ghalhekk tigi pruvata almenu prima facie" u "l-piz ta' din il-prova jinkombi fuq min jinvoka t-tolleranza".

Issa wiehed ragonevolment jifhem, u jista' wkoll jikkoncedi, illi d-durata twila tat-tgawdija tintegra fiha presunzjoni qawwija li kapaci tinnewtralizza l-asserzjoni illi si tratta minn mera tolleranza. Dan ghaliex huwa difficli li wiehed jipotizza tolleranza li tipprotragga ghal zmien bosta.

Minn naha l-ohra anke jekk jigi accettat illi t-tolleranza hi karatterizzata mill-brevita` taz-zmien, dan ma jfisserx illi f'dati cirkostanzi din il-brevita` hi dejjem essenzjali, jew li t-tul ta' zmien hu bilfors indikazzjoni ta' assenza ta' tolleranza, anke jekk, din tinsab konfessata. Anzi,kif saput, "atti ta' semplici tolleranza, ma jistghax iservu ta' bazi ghall-pussess, lanqas jekk ezercitat ghal zmien immemorabbli".

Hemm imbaghad il-fatt illi d-disponibilita` tal-haga b'tolleranza hi fuq kollox karatterizzata mill-'animus' ta' min jikkoncedi l-haga. Dan fis-sens li hu jibqa' jikkonserva fuqha d-drittijiet tieghu kollha ta' proprjetarju jew ta' possessur. Komplimentarima' dan hemm il-konsapevolezza f'min jircevi l-haga illi dan il-fatt ma jaghtih l-ebda poter fuqha in kontestazzjoni tad-drittijiet tal-koncedent.

Sinjali ta' semplici gratitudini ma jbiddlux it-tolleranza f'titolu iehor.

Lanqas il-fatt illi, kif jemergi mill-provi, Benedict Spiteri ul-konvenut ibnu ziedu xi kmamar fil-porzjoni taghhom tal-ghalqa ma jista' jikkostitwixxi manifestazzjoni ta' pussess esklussiv. Dan ghaliex atti singoli ta' utilizazzjoni ahjar tal-haga mhux necessarjament jikkostitwixxu manifestazzjoni ta' xi pussess esklussiv. Anzi, jibqghu konsiderati xorta wahda li gew kompjuti b'mera tolleranza, meta ma jkunx dimostrat li kien hemm kontinwita` taghhom.

Il-koncessjoni ta' haga b'semplici tolleranza ma tistax tati lok ghal sitwazzjoni possessorja uallura min jezercita attivita` fuq, jew fil-haga, ma jistghax jirrikava l-ebda presunzjoni ta' xi pussess utili ghall-akkwist "ad usucapionem" skond kif il-kelma "pussess" tinsab imfissra fl-Artikolu524 tal-Kodici Civili.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni