Reference: 54/2000/1

Judgement Details


Date
10/03/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
ZAMMIT NAZZARENO ET vs FALZON JOSEPHINE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
AUDI ALTERAM PARTEM - AUDI ALTERAM PARTEM, NUQQAS DA PARTI TA` MIN IQAJJEM L-ILMENT - AUDI ALTERAM PARTEM, ZBALL TA` L-AVUKAT TAL-PARTI LI TQAJJEM L-ILMENT
Summary
Meta parti f'kawza ma tkunx inghatat l-opportunita` li tinstema' fuq il-meritu jew li tezawrixxi l-provi kollha taghha tkun tezisti fir-rigward gustifikazzjoni procedurali biex f'dan il-kaz is-sentenza tigi dikjarata nulla u b'hekk jigi rivendikat id-dritt taghha. Gie osservat f'dan il-kuntest illi"din mhiex kwestjoni ta' semplici forma fl-liema kaz il-Qorti ma kienetx tannulla s-sentenza fil-meritu hlief jekk ikun jidhrilha li, fis-sustanza, ma kienetx gusta, imma si tratta ta' kaz fejn is-sentenza fil-meritu ma messhiex u ma setghetx legalment tinghata meta nghatat".

L-esperjenza ta' tant snin fil-professjoni turi, anke minghajr ma din il-Qorti ma tnaqqas xejn mill-korrettezza tal-verbali registrati, illi minhabba l-volum enormi tax-xoghol li jkun ghaddej fl-awla spiss drabi jigri illi wiehed ikun sema' data li jahseb li tkun dik tad-differiment tal-kawza tieghu, mentri tinghad ghal xi kawza jew materja ohra. Jista' jkun ukoll, u dan lanqas ma hu rari, illi l-avukat li jkun, jannota data zbaljata fid-djarju tieghu, spiss drabi affollat b'listi tal-kawzi li jkollu, jew ifixkel data ta' differiment ta' kawza ma' ohra. Fil-verita` hadd ma hu immun minn dawn l-izbalji u jokkoru anke lill-avukat l-aktar metikoluz u ordinat. Zbalji li spiss drabi jwasslu biex wiehed involontarjament ikun naqas milli jattendi u b'hekk il-parti tigi inevitabilment ippregudikata, anke fejn mhux bi htija taghha, jew ghal xi raguni ohra addebitata lilha.

Huwa dejjem ahjar, fejn tidhol il-gustizzja, u minghajr ma jcedi ghall-indulgenza zejda, li wiehed semmai jippekka fuq in-nahatal-generosita` mal-parti li thossha aggravata, u dan biex kulhadd ikun sodisfatt li l-gustizzja mhux biss qeghda ssir imma qeghda ssir manifestament.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info