Reference: 571/2002/1

Judgement Details


Date
10/03/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
BRINCAT DR JOSEPH vs ATTARD ANTON BHALA EDITUR TA' NET TELEVISION
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, BILANC BEJN LIBERTA` TA` ESPRESSJONI U DRITTIJIET TAL-PRIVAT - LIBELL, LIBERTA` TA` ESPRESSJONI - LIBELLA, PROVA DWAR DAK LI JKUN GIE MXANDAR - LIBELLA, PROVA DWAR MIN KIEN L-EDITUR TAL-KUMMENT STAMPAT JEW IMXANDAR
Summary
L-Att dwar l-Istampa (Kap 248) mkien ma jikkontjeni provvediment li jaghmilha tassattiv illi, preordinatament ghall-prova tal-fatt allegat dwar il-malafama, l-attur ghandu jgib prova dwar min kien l-editur tal-kumment stampat jew imxandar jew li b'xi obbligu ghandu jipproduci bilfors il-cassette relattiv ghal dak li xxandar. Kull ma tghidlek din il-ligi hu lil min tista' tharrek (Art 23). Il-kumplament, riferibilment ghall-provi, orali jew dokumentali, regolati bil-Kodici ta' Procedura, huwa mholli ghall-partijiet in kawza, u r-riljiev li jigi attribwit lil dawn l-istess provi mill-gudikantghal-liberu konvinciment tieghu. Apparti l-vinkolu tal-prova legali li di diritto ghall-applikabilita` taghha tirrientra fl-"officium iudicis" ta' min hu msejjah biex jiggudika, il-mezzi l-ohra tal-prova jappartjenu ghan-normi prefissati mil-legislatur fil-Kodici ta' Procedura, u gieli wkoll fil-Kodici Civili ghal tip ta' prova partikolari.

Issa hu minnu illi tibqa' esigenza logika tan-norma procedurali (Art 562 Kap 12) illi l-obbligu tal-prova ta' fatt imiss dejjem lil min jallega. Dan fuq l-istregwa tar-regola tradizzjonali "onus probandi incumbit ei qui dicit". Regola din li sservi kemm bhal bazi tad-dritt azzjonat mill-attur ("actore incumbit probatio") kemm bhala fondament tal-eccezzjoni sollevata biex tikkuntrasta l-pretiza tal-avversarju ("reus in excipiendo fit actor").

Fil-kaz in diskussjoni, pero`, l-prova li dwarha jinsisti l-appellanti li kellha tingieb mill-attur, tista' tkun assunta kemm aliunde kif ukoll mill-inferenza presuntiva illi gjaladarba hu stess ma ikkontrastax, b'debita eccezzjoni, il-fatt li t-transcript ma kienx jikkorrispondi fedelmentghax-xandira jew li hu ma kienx l-editur, allura ma kien hemm l-ebda oggett ta' prova x'tingieb in kwantu dawn il-fatti kellhom jitqiesu pacifici. Dan multo magis, imbaghad, meta kif fuq ravvizat, matezisti l-ebda disposizzjoni espressa li tezigi tassattivament prova bhal din. Certament ma kienxjinkombi fuq il-Qorti illi fatt provat, anke jekk tacitament, kellha tiskartah jew tinsisti li ssirilha l-ahjar prova a sensu tal-Artikolu 559. Il-principju kien u jibqa' li l-Qorti tiddeciedi "iuxtaallegata et probata" u skond il-konvinciment taghha izda ma jfisserx illi kien hemm xi obbligu fuqha li tikkonduci l-provi tal-partijiet hi jew li tfittex hi l-kontroversja fejn din ma tezistix u l-materja tkun pacifika bejn il-kontendenti.

Il-latitudni tal-kritika trid tinzamm fil-parametriaccettati "tad-dicenza permissibbli f'socjeta` demokratika" u li l-liberta` tal-istampa ma tittraxxendix f'brevett ta' immunita` mill-konsegwenzi ta' addebiti foloz u minghajr l-icken sforz ta' verifika, intizi biss biex jiffangaw l-integrita` ta' haddiehor, anke politiku jew f'kariga pubblika.

Fil-kaz in ezami gew attribwiti fatti li, skond ma jinghad fix-xhieda tal-attur, mhux kuntrastata, irrizultaw li ma kienux jikkorrispondu ghall-verita` fil-kompletezza taghhom. Fatti riflettantifuq il-karattru, l-imgieba u r-reputazzjoni ta' bniedem fil-professjoni.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info