Reference: 625/2002/1

Judgement Details


Date
10/03/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
VENEZIANI MARY DORIS ET vs FARRUGIA EMANUEL ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ECCEZZJONIJIET, META ECCEZZJONI TEZORBITA MILL-KOMPETENZA TAL-QORTI - ECCEZZJONIJIET, META L-KONTENUT TA` ECCEZZJONI JKUN IRID JIGI DEFINIT B`AZZJONI AD HOC
Summary
Huwa car illi in vista ta' dak li jinghad fl-Artikolu 47 (3) tal-Kap 12 l-Qorti inferjuri adita ma tistax tokkupa ruhha mill-eccezzjoni akkampata fuq drittijiet reali.

Ghalhekk meta f'kawza ta'zgumbrament quddiem Qorti Inferjuri jigi eccepit it-titolu bis-sahha ta' l-uzukapjoni tali eccezzjoni ma tkunx tista' konvenjentement tigi ezaminata u deciza hlief permezz ta' kawza ohra separata. Huwa immaterjali ghal dan l-iskop jekk l-atturi kienux jafu, o meno, bid-dritt vantat mill-appellantiu allura x'azzjoni kien messhom ipproponew. Dak li jghodd hu x-xorta ta' kawza propulsa mill-atturi u l-kontenut tal-eccezzjoni ghaliha.

Kif drabi ohra gie osservat, huwa kompitu tal-Qorti lifil-kawza tiehu konjizzjoni tal-eccezzjonijiet u tal-kontro-eccezzjonijiet kollha li jigu moghtijain konnessjoni mal-meritu li tkun qeghda tezamina u tirrizerva biss ghal gudizzju iehor gdid li jkollu jigi propost apposta, u ghalhekk tissoprassjedi, meta l-kwestjoni mqajma bl-eccezzjoni jew kontro-eccezzjoni ma tkunx sollevabbli "ope exceptionis", jew ma tkunx tal-kompetenza taghha, inkella, kifintqal, fl-interess gravi tal-gustizzja jkun jaqbel li jsir hekk.

Il-kwestjoni tal-proprjeta` ma tistax tigi ventilata u deciza "ope exceptionis" u tista' tigi determinata biss b'azzjoni ad hoc tentata minn min ikun qed jallega l-akkwist tat-titolu. Azzjoni li naturalment tezorbita mill-kompetenza tal-Qrati Inferjuri u ghandha allura tigi promossa quddiem il-Qorti Superjuri, jekk il-konvenuta ghandha tali interess. Azzjoni li l-ezitu taghha jkun direttament jinfluwixxi fuq il-meritu tal-prezenti istanza, imma li mhux b'daqshekk jirrrendi nkompetenti lill-ewwel Qorti milli tiehu konjizzjoni tat-talba fl-avviz, li fit-termini limitati taghha ndubbjament taqa' fil-kompetenza taghha.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info